IL-KLABB TAL-FUTBOL TA’ KERĊEM AJAX JILQA’ ŻGĦAŻAGĦ FILLANDIŻI FIL-PROGRAMM FAIR PLAY
pr1358
26/09/2008
| Żgħażagħ Għawdxin flimkien ma’ dawk li jmexxuhom | ingħaqdu ma’ żgħażagħ oħrajn bħalhom mill-Fillandja li ġew Għawdex fuq programm ta’ skambju, issussidjat mill-fondi tal-EUPA li jaqa’ taħt il-Programm ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ. |
| Il-kontinġent Fillandiż, li | kien jikkonsisti f’erba’ leaders u dsatax-il żagħżugħ, li għandhom bejn 15 u 17-il sena, waslu Malta nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru u twasslu fil-Kumpless Ta’ Sbejħa fl-Għarb, fejn ġew akkomodati matul is-sitt ijiem li damu fil-gżira ta’ Għawdex. |
| Il-programm Fair Play | kien jikkonsisti fi programm varjat, fosthom attivitajiet sportivi u kulturali, kif ukoll workshops u diskussjonijiet relatati ma’ metodi ta’ ħajja sana permezz tal-isport, dwar il-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea, l-eliminazzjonijiet ta’ esklużjoni, preġudizzji u ksenofobija. Matul dawn il-gruppi ta’ ħidma, plejers Niġerjani u żgħażagħ li għaddejjin bi programmi ta’ rijabilitazzjoni mid-droga qasmu l-esperjenzi personali tagħhom mal-parteċipanti. |
| Matul iż-żjara tagħhom | f’Għawdex, il-grupp għamel ukoll żjara fil-Ministeru għal Għawdex fejn ġie milqugħ mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. Il-Ministru Debono faħħret l-inizjattiva li ttieħdet mill-Klabb tal-Futbol ta’ Kerċem Ajax u nkoraġġiet inizjattivi simili li jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ programmi oħra taż-żgħażagħ f’Għawdex. Minbarra li jippromwovu d-djalogu interkulturali u skambji bejn pajjiż u ieħor, dawn l-attivitajiet iservu bħala għodda ta’ promozzjoni għall-attrazzjonijiet naturali u kulturali ta’ Għawdex. |
| Il-grupp Fillandiż żar ukoll | iċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri fejn il-parteċipanti setgħu jammiraw l-artiġjanat lokali u t-talent artistiku Għawdxi. Minbarra li gawdew il-karatteristiċi fir-raħal ta’ Kerċem, il-Fillandiżi esperjenzaw aspetti tradizzjonali li jiddominaw il-festi tagħna kif ukoll diversi postijiet turistiċi fil-gżira. |
| Dan l-iskambju ta’ żgħażagħ | kien jinkludi wkoll lejla interkurturali, li tat lill-parteċipanti opportunità eċċellenti biex jesprimu l-isfond kulturali tagħhom u jagħtu r-rigali lil xulxin. Dan l-iskambjuwassal ukoll biex ikun hemm aktar ftehim u tolleranza kulturali bejn il-parteċipanti, kif ukoll li jissoda l-għodda ta’ tmexxija, filwaqt li jiġu stabbiliti rabtiet ta’ ħbiberija b’saħħithom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977