Left arrow Go Back

ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW – ĠUNJU 2009

pr1351
Date Icon 26/09/2008
Il-KummissjoniElettorali tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li mhumiex Maltin u li qed jgħixu f’Malta li għandhom għażla jekk jivvutawx f’Malta jew f’pajjiżhom fl-elezzjoni għall-membri parlamentari ewropew li se ssir f’Ġunju tal-2009.  Iżda, dawk li jagħżlu biex jivvutaw f’Malta, għall-kandidati li se jikkontestaw f’Malta, ikollhom isimhom imneħħi mir-reġistru elettorali tal-pajjiż tagħhom.
Dawkil-persuni li jixtiequ jivvutaw f’Malta u li għandhom il-kwalifiki meħtieġa skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-2003, għandhom jiġu personalment fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Buildings, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta jew fis-sezzjoni tal-Karta ta’ l-Identita’ 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex biex jimlew formola speċifika, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.  Hemm ħtieġa li jippreżentaw il-passaport/i validi jew il-karta ta’ l-identita’ Maltija jew dokument ta’ identifikazzjoni maħruġa mill-pajjiz oriġinali tagħhom.
Il-KummissjoniElettorali tavża wkoll liċ-ċittadini Maltin li qed jgħixu f’pajjiz membru tal-Unjoni Ewpropea u li mhumiex irreġistrati fir-reġistru elettorali tal-elezzjoni ġenerali u li jixtiequ jivvutaw fl-imsemmija elezzjoni għall-kandidati kontestanti f’Malta, illi għandhom japplikaw fuq il-formola speċifikata.
Il-Kummissjoni Elettorali tibda tirċevil-applikazzjonijiet fl-1 ta’ Ottubru, 2008 u l-aħħar jum ikun il-31 ta’ Marzu, 2009.

Aktar informazzjoni u l-formola speċifika jinsabu fis-sit www.electoral.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow