ŻGĦAŻAGĦ OFFRUTI ESPERJENZA TA’ XOGĦOL
pr1350
26/09/2008
| Matul is-sena li | għaddiet, l-ETC mexxiet skema għal dawk iż-żgħażagħ li għandhom bejn is-16 u l-24 sena b’esperjenza limitata ta’ xogħol. L-ETC akkwistat fondi mill-UE permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal din l-inizjattiva. €224,199 ġew allokati għal dan il-proġett u 367 żagħżugħ u żagħżugħa ipparteċipaw fl-iskema. |
| Dan qalu l-Ministru għall-Politika | Soċjali, l-Onor. John Dalli meta attenda għal seminar organizzat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ dwar din l-iskema. Preżenti għal dan is-seminar kien hemm ukoll iż-żgħażagħ li bbenefikaw minn din l-iskema kif ukoll il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet li ħaddmu lil dawn iż-żgħażagħ magħhom. |
| Kull persuna żagħżugħa tpoġġiet | fuq l-iskema għal 13-il ġimgħa konsekuttiva, ibbażata fuq ġimgħa ta’ 20 siegħa. L-ETC kienet responsabbli biex issib post ma’ kumpaniji fis-settur privat jew fis-settur pubbliku għal kull parteċipant. Dawk li jħaddmu u ma kienux obligati li jħallsu lill-parteċipanti fl-iskema, iżda dawk kellhom joffrulhom taħriġ u esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol. L-ETC ħallset grant fil-ġimgħa lill-parteċipanti. |
| L-għan wara l-iskema | hu li jkisser iċ-ċirku vizzjuż ta’ ‘mingħajr xogħol, mingħajr esperjenza; mingħajr esperjenza, mingħajr xogħol’. Matul l-esperjenza ta’ xogħol, dawk li qed ifittxu xogħol saru familjari mar-responsabbilitajiet involuti f’impjieg tal-preferenza tagħhom. L-Iskema ta’ Esperjenza ta’ Xogħol tat liż-żgħażagħ aktar kunfidenza fihom infushom u stima personali ogħla, u naqqset ir-riskju ta’ qgħad fit-tul. |
| Ma kienux biss | iż-żgħażagħ li bbenefikaw mill-iskema. Dawk li jħaddmu kellhom l-opportunita` li jevalwaw iż-żgħażagħ bħala impjegati potenzjali, u b’hekk jeħfief il-proċess ta’ reklutaġġ. Dawk li jħaddmu ibbenefikaw ukoll minn dak li kellha x’toffri l-persuna impjegata fil-kumpanija. Forsi l-aktar benefiċċju importanti għall-kumpaniji kienet l-opportunita` li tħarreġ u torjenta l-parteċipanti skond il-kulturi u l-ħtiġijiet ta’ l-organizzazzjoni. |
| 367 żagħżugħ u | żagħżugħa bbenefikaw minn dawn il-fondi bejn Settembru 2007 u Settembru 2008. Sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008, 45% ta’ dawk li temmew l-iskema b’suċċess kienu sabu impjieg. |
| L-ETC | organizzat ċeremonja ta’ għeluq għall-parteċipanti kollha. Iċ-Chairperson ta’ l-ETC Dr Sandra Sladden u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Dr Sue Vella, ippreżentaw iċ-ċertifikati lill-parteċipanti kollha li temmew b’suċċess din l-iskema. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977