Il-Partit Laburista għadu ma fehem xejn dwar il-Patt għall-Immigrazzjoni u l-Ażil
pr1347
25/09/2008
| L-istqarrija maħruga | mill-Partit Laburista aktar kmieni llum dwar il-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil propost mill-Presidenza Franċiża turi li dan il-Partit għadu ma fehem xejn dwar kemm dan il-Patt huwa kruċjali għal pajjiżna jew dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea. |
| Irid jingħad, | l-ewwel, li din hija l-ewwel darba li f’dokument tal-Unjoni Ewropea daħħal dan il-mekkaniżmu ta’ burden sharing li qabel ma kienx jeżisti. |
| It-tieni, dan huwa | mekkaniżmu volontarju għax qed jiġi introdott fost pajjiżi liberi tal-Unjoni Ewropea u mhux parti minn dak li kienet l-Unjoni Sovjetika |
| It-tielet, dan issa | huwa proċess ta’ rilokazzjoni li sar parti mill-aġenda ta’ l-Unjoni Ewropea u allura warajh għandu s-saħħa ta’ 27 membru li qed jgħarfu dan il-bżonn. |
| Ir-raba’, is-sistema | ser tkun tista’ tiġi applikata għall-maġġoranza ta’ dawk l-immigranti li qed jiġu f’pajjiżna. Dan minħabba li ta’ kull sena qed jiżdiedu l-figuri ta’ dawk li għandhom id-dritt ghal protezzjoni internazzjonali, tant li din is-sena il-proporzjon ta’ dawn hija mistennija li taqbeż is-60%. |
| Barraminhekk, | il-persuni li ma ħaqqhomx protezzjoni ser jibqgħu jintbgħatu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom u l-UE qed tipprovdi fondi u għajnuna sabiex dan iseħħ. |
| Il-ħames - | l-iskadenzi ta’ meta jitwettaq dan il-mekkaniżmu wara li d-dokument jiġi diskuss u approvat mill-Kunsill Ewropew u mhux qabel. |
| Is-sitta - il-Gvern | ma ċeda assolutament xejn, iżda rnexxielu ibiddel ix-xenarju fuq il-patt ta’ l-immigrazzjoni u l-ażil. Dan għax daħħal fit-test bħala parti mill-agenda Ewropea li jinbena dan il-programm li fih il-pajjiżi membri ikunu jistgħu jieħdu persuni li għandhom dritt għal status ta’ protezzjoni internazzjonali minn għandna. |
| Dan il-Patt huwa | riżultat storiku tant importanti għal pajjiżna u l-Unjoni li ebda dikjarazzjoni mill-Partit Laburista ma hija ser tnaqqas jew iċċekken minnu, jew il-mertu tal-Gvern Malti biex jinkiseb dan l-arranġament. |
Nota għall-edituri:
| Il-verżjoni Ingliża | tat-test tal-Patt tgħid hekk: |
| For those Member | States which are faced with specific and disproportionate pressures on their national asylum systems, due in particular to their geographical or demographic situation, solidarity shall also aim to promote, on a voluntary and coordinated basis, better reallocation of beneficiaries of international protection from such Member States to others, while ensuring that asylum systems are not abused. In accordance with those principles, the Commission, in consultation with the UNHCR where appropriate, will facilitate such voluntary and coordinated reallocation. Specific funding under existing EU financial instruments should be provided for this reallocation, in accordance with budgetary procedures |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977