Left arrow Go Back

IL-MINISTRI RESPONSABBLI MILL-INTERN JAQBLU DWAR IT-TEST TAL-PATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI U L-AŻIL

pr1346
Date Icon 25/09/2008
Il-Ministri responsabblimill-Intern tas-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea illum wara nofsinhar approvaw it-test tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil propost mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Ministri. Il-Patt kien approvat waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Intern li saret fi Brussel.
Minbarra li huwa intiż biexiservi biex titqiegħed bażi soda għal politika komuni f’dawn il-materji għall-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni, il-Patt, inizjattiva tal-Presidenza Franċiża, jinkludi wkoll silta dwar il-bżonn li jiddaħħlu mekkaniżmi ta’ burden-sharing biex jittaffa l-piż tal-immigrazzjoni irregolari minn fuq dawk il-pajjiżi membri – l-iktar Malta - li qed jiffaċċjaw pressjoni sproporzjonata minn din il-problema.  Din is-silta ddaħħlet propju fuq l-insistenza ta’ Malta.
Din hija l-ewwel darba liproposta ta’ reallokazjoni tal-immigranti illegali daħlet f’dokument ta’ dan it-tip.
Issa li l-abbozz tal-Pattdwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil ġie approvat mill-Ministri tal-Intern, jonqos biss li jiġi diskuss u approvat mill-mexxejja tal-gvernijiet tal-istati membri waqt laqgħa tal-Kunsill Ewropew ix-xahar id-dieħel li l-Prim Ministru ser jattendi għaliha.
It-test tal-abbozz tal-Pattkien approvat wara li numru ta’ delegazzjonijiet intervjenew waqt il-laqgħa. L-interventi kollha kienu pożittivi u ħadd ma ressaq oppożizzjoni jew dubji dwar xi parti mit-test kif propost. Id-delegazzjoni Maltija waqt il-laqgħa tal-Kunsill kienet immexxija mill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, Dr. Carmelo Mifsud Bonnici u r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, is-Sur Richard Cachia Caruana.
Fl-intervent tiegħu waqtil-laqgħa, il-Ministru Mifsud Bonnici qal li dan il-Patt ser iservi bħala għodda importanti li tidderigi lill-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri biex jimxu ‘l quddiem fix-xogħol tagħhom dwar l-immigrazzjoni u l-ażil.
“Aħna nħossu li l-patt huwakomprensiv għax jindirizza l-pressjonijiet li bħal issa huma kkawżati mill-ażil f’dawk l-istati membri, fosthom Malta, li qed jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sporoporzjonati fuq is-sistemi ta’ l-ażil tagħhom.
“Huwa sinifikattiv li permezzta’ dan il-patt, l-Unjoni Ewropea qed tibgħat messaġġ ċar li hija magħquda u li qed tindirizza problema li għandha bżonn ta’ tweġiba soda u determinata. Turi wkoll li l-Unjoni Ewropea ta’ 27 stat mhux biss għandha viżjoni ta’ x’għandha tkun is-sitwazzjoni fil-futur, iżda anke li trid taħdem u tirreaġixxi b’mod attiv għar-realtajiet li qed niffaċċjaw fit-territorji tagħna” qal il-Ministru Mifsud Bonnici.
Huwa temm billi rringrazzjal-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri għall-isforzi li għamlu biex jintlaħaq ftehim dwar it-test finali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow