Left arrow Mur Lura

IL-GVERN IMPENJAT BIEX TKOMPLI TISSAĦĦAĦ IL-KONNETTIVITÀ INTERNAZZJONALI

pr1331
Date Icon 23/09/2008
“Il-Gvern għaddej b’diskussjonijietmal-Kummissjoni Ewropea biex tinkiseb deroga ħalli jkun jista’ jagħti inċentivi biex isir aktar investiment mill-privat fit-tqegħid ta’ submarine fibre optic cable biex tissaħħaħ il-konnettività internazzjonali ta’ Malta mal-kumplament tad-dinja”. Dan qalu Austin Gatt, il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni hekk kif flimkien ma’ uffiċjali tal-kumpanija Melita kien abbord bastiment li qiegħed jagħmel l-istħarriġ meħtieġ qabel jitqiegħed submarine fibre optic cable b’investiment ta’ €10 miljun.
Il-Ministru Austin Gatt fisser kif il-pożizzjoniġeografika ta’ Malta tippreżenta numru ta’ sfidi meta jkun ikkunsidrat l-valur qawwi ta’ investiment li jrid isir biex il-pajjiż ikollu l-aqwa infrastruttura fil-qasam tal-komunikazzjoni biex b’hekk tkompli tiġi assigurata l-aħjar kwalità ta’ servizz. “Id-dipendenza ta’ l-ekonomija tagħna fuq l-użu tat-teknoloġija jfisser li l-pajjiż irid ikollu servizz kontinwu ta’ l-aħjar kwalità u għalhekk li wieħed iqis investiment bħal dan b’mod serju ħafna biex kemm jista’ jkun, il-konsumaturi u l-intrapriżi jkollhom kontinwità u l-aħjar servizz,” tenna l-Ministru Gatt.
Hu semma kif dan l-investiment ta’ submarinefibre optic cable ieħor se jkompli jżid ma’ l-infrastruttura preżenti u bla dubju se jsaħħaħ il-konnettività internazzjonali, u li tkun b’saħħitha biżżejjed biex tlaħħaq ma’ kull eventwalità. “Dan hu pass importanti li jqegħdna aktar viċin biex nilħqu l-miri tagħna li Malta jkollha ħames konnessjonijiet internazzjonali sa l-2010 kif jissemma fl-istrateġija Smart Island.”
Il-Ministru Austin Gatt spjega li l-konnettivitàinternazzjonali hi litteralment il-ħajja għall-ekonomija l-ġdida li pajjiżna qiegħed jattira. Hu għalhekk, kompla l-Ministru ta’ l-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, li l-Gvern hu favur li jkompli jaħdem mill-qrib ma’ dawk li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni biex ikabbru l-konnettività internazzjonali mal-kumplament tad-dinja.
“Li nkabbru l-għażla fil-konnettivitàinternazzjonali tibqa’ priorità għall-Gvern biex nassiguraw li l-ekonomija u s-soċjetà ta’ l-informatika jkollhom firxa wiesa’ ta’ servizzi bi kwalità tajba u aktar minhekk kontinwità fis-servizz fl-eventwalità li jkun hemm interuzzjoni fil-konnettività internazzjonali.”
F’dan ir-rigward semma kif l-Awtorità ta’ Maltadwar il-Komunikazzjoni għaddejja b’konsultazzjoni biex jinstabu mezzi bil-kooperazzjoni tal-operaturi kollha li jiggarantixxu kontinwità fis-servizz tal-konnettività internazzjonali.
Dan kollu qed isir dejjem aktar meħtieġ hekk kifaktar nies qed jużaw is-servizz tal-broadband. Skond l-aħħar statistika ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea  82% ta’ dawk id-djar li għandhom l-internet għandhom konnettività tat-tip broadband filwaqt li 89% ta’ l-intrapriżi għandhom l-broadband. Dan meta l-medja Ewropea fiż-żewġ każi hi ta’ 77%.
Il-Ministru Austin Gatt semma wkoll il-proċessta’ konsultazzjoni li qed isir bħalissa dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema infrastrutturali magħrufa bħala fibre-to-the-home. Din is-sistema titħaddem billi jkun hemm konnessjoni mad-djar permezz ta’ fibre optic cable li minnu jgħaddi kull servizz marbut mal-komunikazzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt temm li hemm bżonn linkunu dejjem minn ta’ quddiem fl-investiment li qed isir u li hu meħtieġ jissokta f’dan is-settur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow