TITPOĠĠA L-EWWEL ĠEBLA TA’ PARK INDUSTRIJALI PRIVAT F’ĦAŻ-ŻABBAR: AKTAR OPPORTUNITAJIET GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI
pr1329
23/09/2008
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment Tonio Fenech sostna li bil-kooperazjoni bejn il-Gvern u l-privat is-settur ta’ l-intrapriżi żgћar u medji jista’ jkompli jikber u jiġġenera aktar ġid u impjiegi. Il-Ministru Tonio Fenech qal dan waqt diskors fl-okkażjoni tat-tqegħid ta’ l-ewwel ġebla tal-bini tal-Park Industrijali ġdid magħruf bħala Ta’ Maġġi, f’Ħaż-Żabbar. Dan il-park industrijali se jkopri medda ta’ art ta’ 10,000 metru kwadru u se jħaddan fih 78 garaxx għal xogħlijiet varji, li se jippermettu żvilupp ta’ aktar negozji żgħar u medji. |
| Din iż-żona se tagħti kontribut importanti biex | ikompli jinħoloq aktar xogħol fis-settur tal-SMEs li diġà jipprovdi mas-67,000 impjieg f’Malta u Għawdex, u li ra l-ftuħ ta’ madwar 7,000 negozju ġdid fl-aħħar sentejn biss. Il-Ministru Fenech spjega li fl-istess waqt ma’ dan l-investiment privat, il-Gvern jinsab għaddej bi proċess ta’ applikazzjoni mal-MEPA għall-iżvilupp ta’ żewġ siti industrijali ġodda tal-Gvern fil-Mellieħa u fix-Xewkija, Għawdex. Fl-istess waqt, żoni industrijali privati, bħal dawk tal-Imrieħel, tal-Ħandaq, Ħaż-Żebbuġ, Mosta u oħrajn qegћdin jingħaddu gradwalment lill-Malta Industrial Parks fi ħdan il-Malta Enterprise, biex dan ikun jista’ jkompli jieħu ħsieb li jżommhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli. |
| L-Onor. Tonio Fenech faħħar l-imprendituri wara | dan il-proġett u ddeskrivihom bħala mudell għall-imprenditorija Maltija. Huwa spjega kif dawn wettqu riċerka estensiva fuq il-bżonnijiet tal-SMEs madwar Malta u Għawdex u permezz ta’ din l-interazzjoni, id-disinn ta’ dan il-park evolva f’sit li jista’ jintuża għal skopijiet differenti, kemm kummerċjali kif ukoll industrijali. |
| Il-Ministru sostna li huwa tajjeb li l-Gvern u | l-privat jikkooperaw fil-ħidma biex ikunu pprovduti aktar opportunitajiet lill-intrapriżi żgħar u medji. Malta Enterprise pprovdiet mal-81 elf metru kwadru ta’ art fejn l-SMEs jiżviluppaw in-negozju tagħhom fl-aħħar sentejn. Din marret għand kumpaniji fil-manifattura, l-ICT, l-ambjent u r-riċerka u l-iżvilupp. |
| Huwa ġedded l-impenn tiegħu favur aktar għajnuna | lill-SMEs, fost l-oħrajn bit-tnaqqis tal-burokrazija u l-ispejjeż. Huwa fakkar li fost l-ewwel inizjattivi li ħa l-Gvern f’din il-leġiżlatura, kien hemm it-twaqqif ta’ uffiċċju taħt l-isem ta’ Micro Businesses Support Unit, li qed joffri l-ewwel għajnuna, lil micro businesses (negozji li jħaddmu inqas minn 10 persuni), speċjalment lil dawk li jaħdmu minn żoni industrijali. Dan il-unit għandu servizz ġdid ta’ freephone 24 siegħa kuljum, fejn wieħed ikun jista jirreġistra l-ilment, jew id-diffikultà tiegħu, u wara, fl-iqsar żmien possibbli, jiġi kkuntattjat minn uffiċjali ta’ entitajiet ikkonċernati, li jkunu jistgħu jagħtuh l-għajnuna meħtieġa. In-numru ta’ dan is-servizzhu 8007 2215. |
Aktar informazzjoni dwar il-park industrijali ġdid hija disponibbli fuq http://www.tamaggi.com/
Stqarrijiet Oħra:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en