Il-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA L-ASSEMBLEA ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI
pr1327
23/09/2008
| Il-Prim | Ministru, l-Onor Lawrence Gonzi, illum ħalla Malta għal New York fejn se jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru. Huwa se jkollu wkoll diversi laqgħat bilaterjali ma’ Prim Ministri u Presidenti ta’ pajjiżi oħra. |
| Il-Prim | Ministru se jkun akkumpanjat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, l-Onor Tonio Borg, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Istati Uniti, Saviour Borg, is-Segretarju Personali tal-Prim Ministru, Charles Bonello, il-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Joseph Scerri, u d-Direttur Ġenerali għall-Politika fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, John Inguanez. |
| Il-Prim | Ministru se jkun qed iżur ukoll il-Maltin residenti f’Toronto, fil-Kanada. |
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar it-Tnejn, 29 ta’ Settembru.
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977