Left arrow Mur Lura

Tnedija tal-Istaġun 2008/09 tat-Teatru Manoel

pr1325
Date Icon 23/09/2008
Din is-sena ttieħdetid-deċiżjoni li l-Bord tat-Teatru Manoel u dak taċ-Ċentru tal-Konferenzi ikun l-istess Bord. Din kienet deċiżjoni importanti li permezz tagħha qed nibdew il-proċess ta’ integrazzjoni li għandu jwassal għall-aktar professjonalita’ fejn jidħlu teatri, li hu responsabbli għalihom il-Gvern.  Dan qalitu Dolores Cristina, il-Ministru ta’l-Edukazzjoni, Kultura, Sport u Żgħażagħ f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha kien imniedi l-programm tat-Teatru Manoel għall-istaġun li ġej.
Dan għandu jwassalukoll biex ir-riżorsi, kemm finanzjarji kif ukoll umani, jsir l-aħjar użu minnhom. Għandu jwassal ukoll biex il-publiku jkun moqdi aħjar għax ikun jista’ jibbukkja l-biljetti tiegħu f’aktar minn post wieħed.
It-Teatru Manoel uċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi m’humiex f’kompetizzjoni ma’ xulxin, iżda huma kumplimentari għal xulxin u għalhekk hu pass tajjeb li jaħdmu flimkien u la darba hemm l-istess Bord, din il-ħidma flimkien issir aktar faċli.
Fit-Teatru Manoeldin is-sena qed nistennew li jitlesta l-proġett ta’ wara l-palk, li issa ilu żmien jinbena u ltaqa’ ma’ diversi problemi inkluż dak li ma ssibx kumpaniji kbar li lesti jidħlu għal progetti kbar ta’ bini  fil-belt Valletta u għalhekk ħadd ma jitfa’ l-offerti tieghu għax-xogħol. Fil-fatt, l-offerti ta’ tikhil u ‘finishes’ reġgħu ħarġu mid-Direttur tal-Kuntratti u jagħlqu f’Ottubru u nittamaw li jkun hemm nies li jersqu għal dan ix-xogħol, biex sena oħra, din il-konferenza tal-ftuħ tal-istaġun issir fil-parti l-ġdida tat-teatru.
Il-qasam tal-kulturahu qasam importanti ħafna għall-pajjiż u jinħtieġ l-għajnuna ta’ kulħadd.  Il-Ministru appellat lis-settur privat biex  jgħin fil-qasam tal-kultura permezz tal-Corporate Social Responsibility.  Diġa’ hawn numru ta’ kumpaniji ewlenin li jagħtu din it-tip ta’ għajnuna, iżda hemm bżonn li jizdiedu.
Il-Ministru Cristinaqalet li nixtiequ naraw aktar Maltin iżuru dan it-teatru storiku u maestuż.  Mhux biss biex jaraw is-sbuħija arkitettonika tiegħu imma wkoll biex jassistu għad-diversi avvenimenti kulturali li jkunu organizzati fih.
Il-lum qegħdininpoġġu flimkien ix-xogħol li kien qed jinħema fl-aħħar tmien xhur u se nippreżentawħ lill-pubbliku biex ikun jaf l-attivitajiet kulturali li se jinteressawħ fl-istaġun li ġej.
Hi nnotat li dinis-sena l-programm hu maħsub biex it-teatru jkompli jimla l-kalendarju kulturali tagħna. Għadhom għaddejjin diversi kuntatti li jekk ikunu konklużi pożittivament se jkunu ta’ attrazzjoni kbira ħafna din is-sena.
Il-programmtat-Teatru Manoel hu varjat ħafna u jinkludi drammi bil-Malti u bl-Ingliż, programmi tat-tfal, chamber concert, recitals, kunċerti orkestrali, serje ġdida ta’ kunċerti minn solisti u kompożituri ġodda,  il-BOV Opera Festival li jinkludi l-opra “Riders to the Sea” ta’ Ralph Vaughan Williams u l-“Magic Flute” ta’ Mozart li se tittella’ b’cast Malti, l-International String Festival, il-Haydn Music Marathon Weekend, li se jittella fl-aħħar ta’ Mejju peress li din is-sena hu l-200 anniversarju mill-mewt ta’ Haydn. Il-preżenza tal-Orkestra Filarmonika ma tonqosx.
Dan juri kemmit-Teatru Manoel din is-sena reġa’ għandu programm mill-aktar interessanti u varjat li jissodisfa l-gosti ta’ kulħadd.
L-istaġun tal-Manoelse jiftaħ b’kunċert mill-isbaħ nhar is-Sibt li ġej dirett minn Maestro Brian Schembri u li fih se jipparteċipa wkoll Stefan Cassar flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Il-Ministru Cristinaawgurat programm ta’ ħidma b’suċċess kemm lill-artisti kollha kif ukoll lill-kumitat ta’ tmexxija u qalet li temmen li se jkollna staġun ta’ livell għoli kif jistħoqqilna lkoll u kif inhu adattat għal din il-ġawhra ta’ teatru li għandna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow