Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI

pr1322
Date Icon 22/09/2008
Iċ-ċerimonjiuffiċjali jitmexxew skont protokoll stabbilit
Il-Kumitat Festi Nazzjonali jirreferi għalstqarrija tal-Partit Laburista dwar it-tqegħid tal-kuruni fuq il-monument ta’ l-Indipendenza fil-Furjana mill-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista kien mgħarraf li l-kurunatal-Partit Laburista kienet se titneħħa għal ftit ħin waqt iċ-ċerimonja uffiċjali minħabba li d-delegazzjoni tal-Partit Laburista għażlet li tpoġġi l-bukketti qabel il-Kap ta’ l-Istat u l-Prim Ministru.
Il-Kumitat Festi Nazzjonali ġie infurmatmill-Partit Laburista li l-Ħadd 21 ta’ Settembru fl-10.30 a.m., delegazzjoni tal-Partit Laburista kienet se tqiegħed bukkett fjuri f’riġlejn il-monument ta’ l-Indipendenza.
Skont il-programm uffiċjali, il-Kap ta’ l-Istatu l-Prim Ministru kellhom jagħtu tislima lil Malta Indipendenti f’nofsinhar, wara l-quddiesa Pontifikali li bdiet fl-10.00 a.m. Għaldaqstant ġie suġġerit li d-delegazzjoni tal-Partit Laburista tpoġġi l-kuruni tal-fjuri wara ċ-ċerimonja li fiha jkunu poġġew il-buketti l-Kap ta’ l-Istat u l-Prim Ministru.   F’cerimonji uffiċjali huma dejjem il-President u l-Prim Ministru li l-ewwel ipoggu l-kuruni.
Il-Partit Laburista qal li dan ma setax isirminħabba impenji oħra, u għalhekk il-Partit Laburista ġie infurmat li waqt iċ-ċerimonja uffiċjali, il-fjuri kienu se jitneħħew u jerġgħu jitpoġġew wara.
Il-Kumitat Festi Nazzjonali informa minn qabellill-Partit Laburista, kif jitmexxew ċerimonji uffiċjali, u għalhekk ħass li għandu jikkumenta dwar dak li ġie rappurtat biex ma jkunx hemm miżinterpretazzjoni.
Il-Kumitat Festi Nazzjonali jixtieq jippreċiżawkoll li l-Festi Nazzjonali jkunu ċelebrati a bażi ta’ ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li fih hemm elenkat x’tip ta’ attivitajiet għandhom isiru f’kull festa nazzjonali partikolari.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow