AKTAR AZZJONIJIET TA’ INFURZAR F’WIED IL-GĦAJN
pr1319
22/09/2008
| Nhar | il-Hadd 21 ta’ Settembru, filgħaxija, uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern (GPD), akkumpanjati minn membri tal-Korp tal-Pulizija mid-divizjoni tal-ALE, wettqu azzjoni ta’ infurzar għat-tielet darba kontra abbuż ta’ Encroachment Permits, minn stabbilimenti tal-ikel fil-lokalita’ ta’ Wied il-Ghajn. |
| Seba’ stabbilimenti nstabu jiksru l-permessi ta’ | encroachment tagħhom, wara li ġew notifikati b’avviż nhar is-16 ta’ Settembru li għadda. Dan l-avviż, kif inhi l-prassi, kien javża lis-sidien tal-ħwienet biex jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-permessi tagħhom. Waqt l-operazzjoni ta’ infurzar tal-bieraħ, dawn instabu li ma ħadux passi biex jikkoreġu l-pożizzjoni illegali tagħhom, u b’hekk ma kien fadal xejn xi jsir ħlief li jittieħdu passi ta’ infurzar kontra tagħhom. |
| Minn | quddiem dawn l-istabbilimenti ittieħdu 62 mejda, 209 siġġijiet, 7 qsari tal-fjuri, 2 umbrelel u 3 amusement machines. |
| Apparti minn hekk, waqt l-operazzjoni ta’ | infurzar, l-uffiċjali tal-GPD avżaw lil dawn l-istabbilimenti li frott l-intransiġenza tagħhom, il-permess ta’ encroachment tagħhom ġie irtirat. Jekk is-sidien ikunu jixtiequ jerġghu japplikaw għal permess ġdid, ikun jinħtieġilhom iħallsu l-ammont ta’ €1,000 bħala administration fee, qabel ma tiġi kkonsidrata l-applikazzjoni. |
| Id-Diviżjoni ser tkompli b’dawn l-azzjonijiet | f’inħawi ohra. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en