Left arrow Go Back

AKTAR AZZJONIJIET TA’ INFURZAR F’WIED IL-GĦAJN

pr1319
Date Icon 22/09/2008
Nharil-Hadd 21 ta’ Settembru, filgħaxija, uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern (GPD), akkumpanjati minn membri tal-Korp tal-Pulizija mid-divizjoni tal-ALE, wettqu azzjoni ta’ infurzar għat-tielet darba kontra abbuż ta’ Encroachment Permits, minn stabbilimenti tal-ikel fil-lokalita’ ta’ Wied il-Ghajn.
Seba’ stabbilimenti nstabu jiksru l-permessi ta’encroachment tagħhom, wara li ġew notifikati b’avviż nhar is-16 ta’ Settembru li għadda.  Dan l-avviż, kif inhi l-prassi, kien javża lis-sidien tal-ħwienet biex jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-permessi tagħhom.  Waqt l-operazzjoni ta’ infurzar tal-bieraħ, dawn instabu li ma ħadux passi biex jikkoreġu l-pożizzjoni illegali tagħhom, u b’hekk ma kien fadal xejn xi jsir ħlief li jittieħdu passi ta’ infurzar kontra tagħhom.
Minnquddiem dawn l-istabbilimenti ittieħdu 62 mejda, 209 siġġijiet, 7 qsari tal-fjuri, 2 umbrelel u 3 amusement machines.
Apparti minn hekk, waqt l-operazzjoni ta’infurzar, l-uffiċjali tal-GPD avżaw lil dawn l-istabbilimenti li frott l-intransiġenza tagħhom, il-permess ta’ encroachment tagħhom ġie irtirat. Jekk is-sidien ikunu jixtiequ jerġghu japplikaw għal permess ġdid, ikun jinħtieġilhom iħallsu l-ammont ta’ €1,000 bħala administration fee, qabel ma tiġi kkonsidrata l-applikazzjoni.
Id-Diviżjoni ser tkompli b’dawn l-azzjonijietf’inħawi ohra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow