Left arrow Mur Lura

Messaġġ mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u mid-Diretturi Ġenerali tal-Edukazzjoni fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Skolastika 2008-2009

pr1317
Date Icon 22/09/2008
Il-lum bdejna sena skolastika oħra.  Senaskolastika li għal ħafna nies, studenti u għalliema, se toffri esperjenzi ġodda.
Elufta’ tfal, subien u bniet se jibdew l-edukazzjoni formali tagħhom fl-iskejjel primarji. Se jsibu ħbieb ġodda, għalliem jew għalliema ġodda, kotba ġodda, ambjent ta’ skola differenti minn dik li kellhom fil-kindergarten.
Dawngħandhom quddiemhom mixja ta’ sitt snin li trid tagħtihom il-pedament għall-futur ta’ ħajjithom.  Huma snin importanti ħafna li matulhom irridu nsegwu lil dawn it-tfal u nassiguraw li jieħdu l-aħjar għax irid iservihom tul ħajjithom.   Dawn it-tfal jixirqilhom l-attenzjoni tagħna kollha, kemm bħala amministraturi, fuq il-livell tal-Kulleġġ u fl-iskola partikolari tagħhom. Jinħtieġu wkoll l-appoġġ tal-ġenituri tagħhom li huma l-ewwel edukaturi.
Elufoħra se jidħlu fil-livell sekondarju. Esperjenza ġdida.  Skola ġdida. Sistema ġdida ta’ tagħlim. Għalliema differenti għal kull suġġett.  Ħbieb ġodda. Jiżdiedu s-suġġetti mgħallma u magħhom attivitajiet li jsaħħu l-karattru ta’ dawn l-istudenti li qed jitfarfru u li issa se jibdew jesperjenzaw anke tibdil fil-personalita’ tagħhom.
Danukoll hu żmien interessanti li matulu jridu jibdew jagħmlu l-għażliet li fuqhom sejrin ifasslu l-karriera tagħhom.  Dan hu ż-żmien fejn bi ftit attenzjoni wieħed jista’, bi gwida u għajnuna, jibda jagħraf aħjar l-inklinazzjonijiet u l-kapaċitajiet tiegħu biex jagħżel is-suġġetti u l-oqsma li jkomplu jsaħħulu dawn il-ħiliet.
Matul ix-xhur tas-Sajf, il-Ministeru,id-Direttorati, il-Prinċipali u l-Kapijiet ta’ l-iskejjel, bl-għajnuna ta’ strutturi oħra fi ħdan id-Dipartiment, ħadmu bis-sħiħ biex meta l-istudenti l-lum imorru fl-iskejjel, isib kollox f’postu.  Ambjent nadif u li jilqagħhom, għalliema u amministraturi li magħhom iridu jgħaddu terz tal-ġurnata, klassijiet armati b’dak kollu li hu meħtieġ.  Sar ħafna xogħol biex kull skola tagħti merħba xierqa lill-istudenti tagħha.  Xtaqna nagħmlu aktar. Issa kollox jiddependi minnha, studenti, ġenituri, għalliema u amministraturi.
Dinis-sena se nkomplu nsaħħu r-riformi li daħħalna fil-qasam edukattiv fl-aħħar snin.  Se nkomplu mmexxu ’l quddiem is-sistema tal-Kulleġġi li diġa’ bdiet tagħti riżultati pożittivi.  Aktar tard din is-sena se nniedu Dokument ta’ Konsultazzjoni li se jkollu importanza fundamentali biex inkomplu nsaħħu s-sistema edukattiv ta’ pajjiżna u nassiguraw li uliedna kollha jagħmlu suċċess f’ħajjithom.
Danhu dokument li dwaru nixtiequ l-kontribut ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-ġid ta’ uliedna.  Minnu rridu nfasslu l-aħjar sistema biex l-edukazzjoni tat-tfal tagħna tkompli miexja bla skossi iżda bla ma nitilfu xejn mil-livell għoli tagħha.  U dan nagħmluh biex niggarantixxu lil ħadd mit-tfal tagħna ma jibqa’ lura.
Il-Gvern, il-Ministeru, id-Direttorati,il-Prinċipali, il-Kapijiet, l-Għalliema u l-ħaddiema l-oħra kollha fil-qasam tal-edukazzjoni huma mpenjati li jagħtu l-aħjar tagħhom biex uliedna jirnexxu lkoll.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow