RISPOSTA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ GĦALL-ISTORJA LI DEHRET IL-ĦADD, 21 TA’ SETTEMBRU 2008, FIL-GURNAL IL-KULLHADD
pr1315
21/09/2008
Nirreferu għall-istorja li dehret illum il-Ħadd, 21 ta’ Settembru 2008 fil-paġna ta’ wara tal-ġurnal il-Kullħadd. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jikkundanna bl-aktar mod qawwi lil One News li qed jipprova jiddefendi lil min naqas minn dmirijietu.
Il-fatti dwar dan il-każ huma hekk:
| Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Settembru 2008 tard wara | nofsinhar, is-Segretarju Parlamentari Mario Galea ġie infurmat li qraba li marru jżuru lil ommhom fil-kamra mortwarja ta’ San Vinċenz, irrappurtaw li taħt rasha kien hemm kontenitur tal-plastik. |
| Minnufih is-Segretarju Parlamentari ċempel lil | qraba ta’ din l-anzjana li kkonfermaw dan il-każ. Dak il-ħin stess, is-Segretarju Parlamentari informa lis-Supretendent tar-Residenza ta’ San Vinċenz, Dr Ronald Fiorentino u lid-Direttriċi tal-Kura ta’ l-Anzjani, Dr Stephanie Xuereb li min-naħa tagħhom mal-ewwel bdew l-investigazzjonijiet. Immedjatament is-Segretarju Parlamentari flimkien mas-Supretendent tar-Residenza ta’ San Vinċenz niżlu fuq il-post. |
| Jirriżulta li l-persuna li għamel dak | il-kontenitur tal-plastik taħt ras din l-anzjana, huwa l-istess persuna li One News qed jitlob biex jerġa’ jintbgħat lura jaħdem fil-kamra mortwarja biex skond huma ‘dawk li jmutu f’din ir-Residenza jerġgħu jingħataw id-dinjità’. |
| Dan l-istess persuna, dak inhar kien off duty | u skond hu mar fir-Residenza ta’ San Vinċenz fuq talba tal-kummisjonant li ġie mqabbad mill-familja biex jagħmel xogħol ta’ balzmu fuq din l-anzjana. |
| Dak inhar filgħaxija u l-għada filgħodu dan | il-persuna ammetta mas-Supretendent u mac-Chief Security tar-Residenza ta’ San Vinċenz li kien hu li poġġa l-kontenitur tal-plastik taħt ras din l-anzjana. Ta’ min jgħid li l-għada l-Ħamis, dan l-istess persuna li One News qed jiddefendi, kellu xi jgħid mal-qraba ta’ din l-anjzana talli kienu rrappurtawh. Barra minn hekk dan il-persuna qed jiġi investigat fuq nuqqasijiet oħra fil-qadi ta’ dmirijietu. Minnufih wara dan il-każ, id-Direttriċi tal-Kura ta’ l-Anzjani issospendiet lil din il-persuna għal tliet ijiem filwaqt li bdiet proċeduri dixxiplinari skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku. |
| Ta’ min jiċċara li fil-kamra mortwarja ta’ San | Vinċenz kien hemm tliet persuni jaħdmu b’shift ta’ matul il-ġurnata biss. Ir-rata ta’ l-imwiet fir-Residenza ta’ San Vinċenz naqset sew f’dawn l-aħħar snin. Dan ifisser illi ġieli jkun hemm ġranet sħaħ fejn fil-kamra mortwarja ma jkun hemm l-ebda mejjet/mejta u allura dawn it-tliet impjegati kienu jkunu xogħol fil-kamra mortwarja għal ġranet sħaħ u ma jkollhom xejn x’jagħmlu. |
| Għalhekk, l-amministrazzjoni ħasset li fl-aħjar | interess tas-servizz, dawn it-tliet persuni għandhom jibdew jirrapportaw is-Sezzjoni tal-General Service tar-Residenza ta’ San Vinċenz iżda meta jkun hemm il-bżonn jibqgħu jagħmlu x-xogħol relatat mal-kamra mortwarja. |
| Dan ifisser li kontra dak li allega One News, | huma l-istess impjegati li kien hemm qabel fil-kamra mortwarja li għadhom jagħmlu d-dmirjiet relatati ma’ dan il-post. |
| Id-diżonestà ta’ One News, toħroġ ċar mill-fatt | li nhar il-Ġimgħa li għaddiet, One News kien infurmat mis-Segretarju Parlamentari li kienu bdew proċeduri dixxiplinari kontra l-persuna kkonċernata u li dan kien ġie sospiż. |
| Hi tal-mistħija kif One News f’nifs wieħed | jikkundanna l-aġir ta’ dan l-impjegat u fl-istess sentenza jappella lis-Segretarju Parlamentari biex dan l-impjegat jerġa jintbgħat lura jaħdem fil-kamra mortwarja. |
| Ghas-Segretarju Parlamentari, dak li ġara mhux | aċċettabbli u kien għalhekk li ttieħdu passi mill-ewwel. Filwaqt li l-awtoritajiet qed jieħdu passi kontra min abbuża, One News qed jagħżel li jiddefendi lil min wettaq dan l-abbuż. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977