Left arrow Mur Lura

INFURZAR TAL-LIGI F’MARSAXLOKK

pr1313
Date Icon 20/09/2008
Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru, filgħaxija,uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern (GPD), akkumpanjati minn membri tal-Korp tal-Pulizija, għamlu azzjoni ta’ infurzar kontra abbuż ta’ Encroachment Permits, minn stabbilimenti tal-ikel fil-lokalita’ ta’ Marsaxlokk.
Żewg stabbilimenti partikolari kienu ġew servutib’avviż iktar minn tlett ġimgħat ilu, biex jirrispettaw il-permessi tagħhom.  Waqt l-operazzjoni ta’ infurzar ilbieraħ, dawn instabu li ma ħadux passi biex jikkoreġu il-pożizzjoni illegali tagħhom, u b’hekk ma kien fadal xejn xi jsir ħlief li jittieħdu passi ta’ infurzar kontra tagħhom.
Minn quddiem dawn iż-żewġ stabbilimenti ittieħdu13-il mejda, 52 siġġu, ammont ta’ qsari, u oġġetti oħra li jinkludu funtana.
Apparti minn hekk, l-uffiċjali tad-Divizjonital-Artijiet servew 12-il stabbiliment ieħor b’ittra li tavżahom, jirrispettaw il-permessi maħruga lilhom.  L-ittra twissi li min m’għandux permess ta’ encroachment, biex jirtira kull tip ta’ għamara minn quddiem il-ħanut jew stabbiliment.  Jekk dan ma jseħħx, jittieħdu passi li jinkludu il-konfiska tal-għamara, l-irtirar tal-permess ta’ encroachment, u dan għas-spejjeż ta’ sid il-ħanut.  Jekk is-sid ikun jixtieq jerġa japplika għal permess ġdid, ikun jinħtieġlu iħallas l-ammont ta’ €1000 f’administration fees.
Id-diviżjoni ser tkompli b’dawn l-azzjonijietf’inħawi ohra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow