INFURZAR TAL-LIGI F’MARSAXLOKK
pr1313
20/09/2008
| Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru, filgħaxija, | uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern (GPD), akkumpanjati minn membri tal-Korp tal-Pulizija, għamlu azzjoni ta’ infurzar kontra abbuż ta’ Encroachment Permits, minn stabbilimenti tal-ikel fil-lokalita’ ta’ Marsaxlokk. |
| Żewg stabbilimenti partikolari kienu ġew servuti | b’avviż iktar minn tlett ġimgħat ilu, biex jirrispettaw il-permessi tagħhom. Waqt l-operazzjoni ta’ infurzar ilbieraħ, dawn instabu li ma ħadux passi biex jikkoreġu il-pożizzjoni illegali tagħhom, u b’hekk ma kien fadal xejn xi jsir ħlief li jittieħdu passi ta’ infurzar kontra tagħhom. |
| Minn quddiem dawn iż-żewġ stabbilimenti ittieħdu | 13-il mejda, 52 siġġu, ammont ta’ qsari, u oġġetti oħra li jinkludu funtana. |
| Apparti minn hekk, l-uffiċjali tad-Divizjoni | tal-Artijiet servew 12-il stabbiliment ieħor b’ittra li tavżahom, jirrispettaw il-permessi maħruga lilhom. L-ittra twissi li min m’għandux permess ta’ encroachment, biex jirtira kull tip ta’ għamara minn quddiem il-ħanut jew stabbiliment. Jekk dan ma jseħħx, jittieħdu passi li jinkludu il-konfiska tal-għamara, l-irtirar tal-permess ta’ encroachment, u dan għas-spejjeż ta’ sid il-ħanut. Jekk is-sid ikun jixtieq jerġa japplika għal permess ġdid, ikun jinħtieġlu iħallas l-ammont ta’ €1000 f’administration fees. |
| Id-diviżjoni ser tkompli b’dawn l-azzjonijiet | f’inħawi ohra. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en