L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI JILTAQA’ MAR-RAPPREŻENTANTI TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAN-NISA BĦALA PARTI MILL-PROĊESSS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IR-RIFORMA TAL-KUNSILLI LOKALI
pr1311
19/09/2008
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said illum ltaqa’ mar-rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa bħala parti mill-proċesss ta’ konsultazzjoni dwar ir-Riforma tal-Kunsilli Lokali. |
| Waqt din il-laqgħa il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa | ressaq diversi proposti f’rapport illi ħejja matul il-ġimgħat li għaddew. Fost is-suġġerimenti mressqa kien hemm is-servizz tal-ħarsien tat-tfal offrut minn xi wħud mill-Kunsilli Lokali u kif dan għandu jitjieb ħalli ommijiet ta’ tfal żgħar ikollhom l-opportunita`li jkomplu jaħdmu jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol. |
| Waqt il-laqgħa ġiet enfasizzata wkoll l-importanza | li l-Kunsilli Lokali jkollhom kuntatt aktar mill-qrib man-nies u l-ħolqien ta’ sotto kumitati iffurmati minn voluntiera mill-lokalita’ mhux eletti. |
| Punt ieħor li ssemma kien l-importanza li | jkun hemm koperazzjoni akbar bejn il-Kunsill Lokali u l-Parroċċa. Dawn għandhom jaħdmu flimkien biex, fost l-oħrajn, tingħata edukazzjoni ċivika lit-tfal minn eta’ żgħira. Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa appella wkoll biex il-Kunsilli Lokali jkollhom persuni responsabbli għall-oqsma tan-nisa, żgħażagħ u persuni b’diżabilita’ u li jaraw kif aktar nisa, żgħażagħ u persuni b’diżabilita’ jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali. |
| Chris Said irringrazzja lill-Kunsill | Nazzjonali tan-Nisa għall-proposti li ressqu u qal li għall-Gvern huwa ferm importani li jirċievi proposti konkreti kif in-nisa jistgħu jagħtu l-aqwa kontribut fil-Kunsilli Lokali. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en