Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, WAQT KONFERENZA GHAT-TNEHDIJA TAN-NOTTE BIANCE – LUKANDA PHOENICIA, FLORIANA - 19 TA’ SETTEMBRU 2008

pr1310
Date Icon 19/09/2008
Matul l-aħħar sitt xhur għamilna u se nkomplunagħmlu minn kollox fix-xhur li ġejjin biex inwettqu l-viżjoni li għandna li nagħtu lura l-Kultura tagħna lill-poplu kollu ta’ Malta u Għawdex filwaqt li nistiednu lill-eluf ta’ turisti li jżuru pajjiżna matul is-sena, biex huma wkoll jixorbu minn din in-nixxiegħa friska, li tidentifikana bħala poplu Malti, Mediterranju u Ewropew.
Din hi t-tielet edizzjoni ta’ l-inizjattivaNotte Bianca, li kull sena qed tikber u tiżviluppa.
Minn din is-sena, Malta bdiet tifforma partimill-European White Nights Network biex b’hekk, flimkien ma’ Pariġi, Brussels, Madrid, Riga u Bucharest qed tifforma pjattaforma kulturali Ewropea.
In-Notte Bianca – Lejl Imdawwal, issa saretavveniment li ċ-ċittadin jistennih minn sena għall-oħra għax jaf li għandu jistenna festa ta’ kultura u arti. Din il-lejla saret sinonima ma’ festa kulturali fuq livell Ewropew, li tinfirex minn inżul ix-xemx sa’ sbieħ l-għada filgħodu.
L-attivitajiet kollha li jsiru f’dan il-lejlhuma mingħajr ħlas u allura huma aċċessibbli għall-poplu kollu li jingħata l-opportunita’ li mhux biss jieħu gost iżda wkoll jipparteċipa fihom. Dan hu avveniment pubbliku bla ħlas li matulu l-poplu hu msejjaħ biex jiskopri u japprezza l-belt kapitali tagħna permezz ta’ ċelebrazzjoni ta’ arti kontemporanja.
Dan hu mod ieħor kif aħna qed inwettqu l-politikatagħna, li nagħmlu l-kultura ta’ kulħadd u mhux ta’ xi sezzjoni biss tal-poplu tagħna. Qed inressqu dejjem aktar il-kultura lejn il-poplu u l-poplu lejn il-kultura.
Matul dan il-lejl, l-ispazji pubbliċi tal-beltkapitali tagħna qed jingħataw dimensjoni differenti minn dik tas-soltu. Postijiet li ftit nafu dwarhom jew oħrajn li normalment mhux aċċessibbli għall-pubbliku u li huma parti mill-wirt kulturali tagħna, jiġu skoperti minn artisti u mill-pubbliku in ġenerali.
In-Notte Bianca trid tistimula l-interessfl-arti u l-kultura fil-pubbliku kollu u dan l-iskop qegħdin nilħquh.
Aħna nixtiequ wkoll inkomplu naraw l-artistitagħna jaqsmu ideat u esperjenzi u jaħdmu flimkien ma’ artisti barranin. Dan jgħin ukoll fl-iżvilupp tal-kultura tagħna li tiddakkar minn kulturi oħra biex tibqa’ dejjem tikber u tinfirex.
Għalhekk din is-sena flimkien ma’ l-artistiMaltin għandna wkoll artisti barranin, li gejjin minn Spanja, l-Italja u pajjiżi oħra.
Fl-2006, meta kienet organizzata għall-ewweldarba in-Notte Bianca f’Malta, aktar minn 76,000 persuna żaru l-belt Valletta u pparteċipaw fil-festa. Żgur li dan kien wieħed mill-akbar avvenimenti popolari li qatt esperjenza pajjżna u li baqa’ jirrepeti ruħu kull sena.
Din is-sena is-suċċess ma għandux ikun anqasmis-snin ta’ qabel. Għandna programm mimli daqs bajda b’attivitajiet – uħud minnhom innovattivi – li żgur se jissodisfaw il-gosti ta’ kulħadd, tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani.
• Matul il-lejl bejn l-4 u l-5 ta’ Ottubru,l-mużewijiet kollha tal-belt Valletta se jibqgħu miftuħa u d-dħul fihom ikun bla ħlas.
• L-ispazji tal-kapitali se jkunu użatikollha – minn Bieb il-Belt sal-Berġa tal-Baviera.
• Madwar it-toroq tal-Belt se jkunuppreżentati b’mod dramatizzat bil-Malti u bl-Ingliz, 36 silta mill-opri kollha ta’ Shakespear.
• Se jingħata ġieh xieraq lill-kittieb liħalliena aktar kmieni din is-sena – KILIN, permezz ta’ qari ta’ xogħlijiet tiegħu kif ukoll wirja ta’ wħud mit-tpinġijiet tiegħu. Grazzi lill-familja Spiteri li kkolaborat f’din l-inizjattiva.
• Billi l-lejl bejn l-4 u l-5 ta’ Otturbu,skond l-istoriċi, kien il-lejl meta l-famuż Caravaggio kien irnexxielu jaħrab minn Malta, se tittella’ produzzjoni ibbażata fuq uħud mit-tpinġijiet li għamel dan l-artist waqt li kien f’Malta.
• Se jkollna wkoll Kunżert li jfakkar is-Senatad-Djalogu Interkulturali.
• It-Teatru Manoel, matul il-lejl kollu sejoffri numru ta’ rappreżentazzjonijiet qosra bażati fuq operetti, fares u maġija li jkunu ripetuti minn ħin għal ħin biex aktar nies ikunu jistgħu jżuru t-teatru u jgawduhom.
• Is-Suq tal-Belt se jingħata l-ħajja ujinbidel f’Wine Bar, b’ikel u mużika tul il-lejl kollu.
• Ċerti monumenti fil-Belt se jingħatawil-ħajja billi qribhom isiru rappreżentazzjonijiet ta’ dak li jfakkru dawn il-monumenti.
• Inħolqot koreografija għal żifna ġdida litmur tajjeb mat-taraġ tipiku tal-Belt.
• Parti minn Strada Stretta se tinbidelf’sala taż-żfin fejn ikun jista’ jsir żfin fuq stil Latin Amerika u Ballroom.
• Fi Triq il-Merkanti se jkun hemm numru ta’perkussjonisti Maltin u Taljani li joħolqu atmosfera mill-isbaħ.
• Id-disinjaturi Maltin tal-Moda, Charles uRon se jippreżentaw l-aħħar kollezzjoni ta’ lbies maħluq minnhom, fil-bini tal-Borża ta’ Malta.
• Numru ta’ bands Maltin se jagħtu kunċertif’diversi nħawi tal-Belt u fosthom ikun hemm kunċert min Natalie Gauci, kantanta Maltija Awstraljana ta’ fama kbira.
• Kastilja, numru ta’ Auberges u kważi l-knejjeskollha tal-belt Valletta se jibqgħu miftuħa tul il-lejl.
• Se jkun hemm ukoll spazju għal attivitajietgħat-tfal.
• Il-Belt kollha se tkun armata bl-armar ta’l-erba’ festi li jkunu ċelebrati fil-kapitali tagħna.
Inħeġġeġ lill-poplu kollu biex jipparteċipafin-Notte Bianca ta’ din is-sena. Ejjew niċċelebraw flimkien il-kultura tagħna. Din hi festa tagħna lkoll minghajr distinzjoni ta’ sess, eta’, razza jew kulur. Festa ta’ kulħadd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow