Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA MILL-GVERN BIEX AKTAR PERSUNI B’DIŻABILTA JKOLLHOM AĊĊESS GĦALL-ICT

pr1309
Date Icon 19/09/2008
Aktar persuni b’diżabilta se jkollhom aċċessgħat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni hekk kif il-Gvern se jkompli jinvesti aktar billi jgħin finanzjarjament lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilta` (KNPD) u lill-Fondazzjoni għall-Aċċessibilta għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni (FITA) biex jitwettqu sensiela ta’ inizjattivi ġodda .
Danqalu Austin Gatt, il-Ministru għall-Infrastruttura u Trasport u Komunikazzjoni meta dalgħodu ppreżenta l-benefiċċju lill-aħħar grupp minn fost 270 persuna b’diżabilta` li qegħdin igawdu mill-iskema SmartStart. Permezz ta’ din l-iskema li tnediet fi Frar li għadda, il-persuni b’diżabilta fost individwi oħra bħal dawk li għandhom dħul finanzjarju baxx jistgħu jakkwistaw kompjuter rikondizzjonat għad-dar tagħhom.
Il-Ministru Gatt semma kif il-Gvern bl-appoġġtal-KNPD u l-FITA se jwassal biex ikunu żviluppati gwidi għax-xiri mill-Gvern li jassiguraw li s-sistemi ta’ l-ICT ikunu aċċessibbli għal kulħadd, għajnuna biex ċentri ta’ taħriġ isiru aktar aċċessibbli, isiru programmi ta’ taħriġ għall-persuni b’diżabilta` biex jiżdiedu l-opportunitajiet fis-settur ta’ l-impjiegi waqt li ssir analażi tal-liġijiet eżistenti u proposti ta’ miżuri legali ġodda  u jitfasslu linji ta’ gwida ta’ kif proviżjonijiet fil-Liġi Opportunitajiet Indaqs jitħarsu u jiġu infurzati.
Austin Gatt, il-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni żied li għalkemm qed nagħmlu ħilitna kollha biex nippromovu l-inklużjoni u l-kwalita` tal-ħajja fis-soċjeta` tagħna, jeħtieġ li naħdmu aktar biex in-numru ta’ familji li għad m’għandhomx internet id-dar jonqos. Għaldaqstant kompla l-Ministru Gatt, bħala parti mill-iskema  SmartStart, il-Gvern se jgħin ukoll lil familji li qegħdin jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali kif ukoll lil għaqdiet volontarji li bejniethom hemm madwar 800 applikazzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt stqarr li l-Gvern hudejjem impenjat biex iżid l-aċċessibilta u l-applikazzjoni tat-teknoloġija fost il-familji fid-djar Maltin u Għawdxin. “Dan hu konformi ma’ l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-ICT għall-2008-2010 u dan qiegħed iseħħ permezz ta’ skemi kontinwi bl-iskop li jgħinu u jinċentivaw liċ-ċittadini jakkwistaw servizzi jew prodotti li jżidu l-aċċess għat-teknoloġija.,” kompla l-Ministru Gatt.
Il-Gvern fl-aħħar xhur nieda diversi inizjattivif’dan ir-rigward fosthom l-iskema Blueskies li ħeġġet aktar familji jdaħħlu s-servizz tal-broadband għal €3 biss fix-xahar; l-inizjattiva PC għal €0.99ċ kuljum fejn qed jingħataw 16% ta’ flus lura fuq xiri ta’ kompjuter ġdid għall kull familja kif ukoll opportunita ta’ self b’rata baxxa f’dak li hu pagament, it-tqassim ta’ computer software ta’ l-aħħar teknoloġija bi prezz speċjali għall-istudenti; korsijiet bażiċi ta’ l-ICT għall-adulti bħal myWeb u l-myWebPlus u l-iskema SmartStart.
Il-Ministru Austin Gatt qal li ankil-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet is-sensiela ta’ inizjattivi flimkien ma’ l-investiment li qed jagħmel il-Gvern fl-ICT  tant li Malta ġiet dikjarata bħala pajjiż fejn l-aċċess għall-ICT hu mifrux sew, tant li hu aktar mill-medja Ewropea.
F’Malta, in-numru ta’ djar li għandhom internettela’ għal 57%, żdiedu wkoll in-nies li jużaw l-internet banking b’2%, rajna żieda fl-użu tas-servizzi pubbliċi, tant li f’pajjiżna għandna 92% tas-servizzi online li jfisser żieda ta’ 59% meta mqabbel ma’ l-2004.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow