Il-Qorti tagħti raġun lid-Dipartiment tal-Artijiet
pr1307
19/09/2008
| Illum 19 ta’ Settembru, il-Qorti ma laqatx talba | għall-ħrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni, biex titwaqqaf azzjoni ta’ infurzar tal-liġi biex jitneħħew billboards illegali minn Triq Diċembru 13 fil-Marsa. Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Jeoffrey Valencia, il-mandat ta’ inibizzjoni ippreżentat minn Active Enterprises Ltd kontra l-Kummissarju tal-Artijiet, ma intlaqax għar-raġuni li l-kumpanija ma għandhiex il-permessi neċessarji biex iżżomm billboards fuq art tal-Gvern. |
| Wara li nhar il-Ġimgħa 29 t’Awissu 2008, fuq | inizzjattiva tas-Segretarju Parlamentari responsabbli minn Erarji Pubbliċi u Artijiet Dr Jason Azzopardi, inħareg l-ordni ta’ żgumbrament biex jitneħħew billboards fi żmien 72 siegħa minn fuq propjeta’ tal-Gvern fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa, illi kienu jokkupaw l-istess art mingħajr permess tal-Kummissarju tal-Artijiet bħala sid l-art, il-kumpanija Active Enterprises Ltd, ippreżentat mandat ta’ inibizzjoni biex dan ma jseħħx. |
| Il-Qorti ikkonfermat illi l-art in kwistjoni | hija fil-fatt tal-Gvern, u li ebda permess ma intalab mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet biex jitqiegħdu dawn il-billboards. Il-Qorti qalet ukoll li għalkemm il-kumpanija, kellha l-permess tal-MEPA (illi jispeċifika li huwa suġġett għall-permess ta’ sid l-art), kif ukoll kienet tħallas lill-Kunsill Lokali tal-Marsa, biex tħalli l-billboards fi Triq Diċembru 13, dan ma kienx jagħtiha ebda jedd jew titolu fuq l-art. |
| Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli | għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet jisħaq li la l-Kunsill Lokali tal-Marsa u lanqas ta’ ebda lokalita’ oħra m’għandu ebda dritt iżomm flus jew jgħati permess biex jinżammu billboards jew oġġetti oħra b’mod permanenti fuq art tal-Gvern. F’dan id-dawl, illum stess il-Kummissarju tal-Artijiet bgħat ittra lid-direttur tad-dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jinfurmaħ b’din il-prassi illegali, u li ser jittieħdu passi fil-konfront ta’ dawk li jibqgħu jiksru l-liġi. Il-permess mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet huwa fundamentali biex isir użu minn art pubblika. |
| Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti iddeċidiet | illi ma tilqax it-talba tal-kumpanija, biex l-infurzar ma jseħħx, u dan bl-ispejjeż legali imorru għall-kumpanija. |
| Il-Kummissarju tal-Artijiet qed jagħti | lill-Kumpanija Active Enterprises Ltd sa nhar it-Tlieta 23 ta’ Settembru, biex tneħħi kull billboard li għandha fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa. Jekk dan ma jseħħx, il-billboards jitneħħew mid-Dipartiment tal-Artijiet, u dan għas-spejjez tal-kumpanija. |
| Bl-istess mod, id-dipartiment tal-artjiet ser | jimxi ma’ kull min għandu billboards oħra fi Triq Dicembru 13, u nħawi oħra ta’ Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en