Żjara mill-Onor Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità lill-istudenti li qegħdin isegwu l-Kors tal-Carers li beda’ nhar it-Tnejn, 15 ta’ Settembru 2008
pr1306
19/09/2008
| In-nuqqas ta’ nurses kwalifikati huwa | fenomenu mifrux mad-dinja kollha. Minkejja li f’dawn l-aħħar snin f’Malta sar żvilupp sinifikanti fil-professjoni tan-nursing, id-domanda għan-nurses hija kbira. Il-karriera fin-nursing illum qed tikkompeti ma’ ħafna karrieri u opportunitajiet oħrajn fosthom id-diversi courses li toffri l-MCAST u l-Università ta’ Malta. Malta ma naqsitx milli tagħmel bħal bqija tad-dinja, u tipprova tintroduċi staff imħarreġ li jkun jista’ jgħin lin–nurses fix-xogħol tagħhom. |
| Fuq | inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Mario Galea ġie introdott kors ta’ taħriġ għall-carers. Dan il-kors tnieda mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità b’kollaborazzjoni ma’ l-Institute of Health Care ta’ l-Università ta’ Malta. Is-Sur Alfred Briffa, Manager tan-Nursing Services, fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul, qed jikkoordina l-kors. |
| Il-programm jieħu erba’ xhur u jinkludi teorija | kif ukoll prattika. Setgħu japplikaw għall-kors persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena u li għandhom school leaving certificate u riedu jissottomettu kondotta tal-pulizija. L-ewwel sejħa li saret f’Awwissu li għadda, kienet inkoraġġanti ħafna għax applikaw 83 applikant. Il-Bord ta’ l-Għażla għażel 60 applikant. Huma 53 applikanti li bdew il-kors. |
| Il-kandidati li jtemmu l-kors | b’suċċess, ikunu jistgħu jaħdmu bħala carers. Il-carers m’humiex nurses. Kors ta’ carers huwa ta’ erba’ xhur. Kors ta’ nurse hu kors Universtarju li jdum mill-anqas erba’ snin. Hemm ċertu xogħol li jistgħu jagħmluh il-carers. Dak ta’ carers hu kors organizzat mid-Dipartiment. Iċ-ċertifikat li se jingħataw dawn l-carers hu pri-rekwiżit għal xogħol ta’ carer, kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat. |
| Għal | aktar dettalji dwar korsijiet ta’ carers oħra fil-ġejjieni, tistgħu tikkuntattjaw l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, fuq dawn in-numri: 22992462 u 22992458. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en