Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT IQASSAM TROFEJ U ĊERTIFIKATI B’RABTA MAL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-KARNIVAL 2008

pr1300
Date Icon 18/09/2008
“Għal darb’ oħra l-Karnival ta’ Malta offraspettaklu ta’ kuluri, tradizzjonijiet, żfin, kreattività u brijju.  Kien karnival li fih ipparteċipaw numru sostanzjali ta’ kumpaniji ta’ żfin ta’ l-ogħla livell u wkoll kien hemm numru ta’ karrijiet li offrew spettakli kbar u wrew kreattività kbira.  Issa wasal iż-żmien ta’ innovazzjoni u ideat ġodda.”
Dan qalu is-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sports Clyde Puli waqt ċerimonja ta’ għoti ta’ trofej u ċertifikati lill-parteċipanti fil-Karnival ta’ Malta 2008.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ħidma ta’dawk kollha involuti fil-karnival baqgħet għaddejja tul is-sena kollha u f’dawn l-aħħar ġimgħat reġgħu ġew ippubblikati u milqugħa l-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-konkorsi kompetittivi għall-Karnival tas-sena d-dieħla.
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ħabbarli reġa’ hemm interess kbir għall-parteċipazzjoni fil-Karnival 2009.  Saret ħidma bejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Għaqda Parteċipanti Karnival ħalli t-tiġdid mixtieq miż-żewġ naħat ikun introdott kemm jista’ jkun malajr.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-KunsillMalti għall-Kultura u l-Arti jemmen li l-Karnival hija ċelebrazzjoni tal-poplu kollu fid-diversità tiegħu.  Għaldaqstant qed issir ħidma biex dak li jemmen fih ikun rifless fl-istess organizzazzjoni.  Għalhekk bil-ħidma ta’ kulħadd hu maħsub li bil-mod il-mod il-Karnival ta’ Malta jilbes libsa differenti u b’hekk isir karnival aktar pro-attiv fejn l-elementi tal-arti, viżwal, żfin, mużika, folklor u tradizzjoni jiġu mżewqa flimkien.
Clyde Puli semma kif qed jiġi kkunsidrat bi sħiħir-ri-introduzzjoni tal-Kukkanja u l-elementi folkloristiċi marbuta ma’ dan l-avveniment.  Qed jiġi studjat użu aħjar tat-toroq u l-pjazez fil-Belt Valletta ħalli l-attivitajiet karnivaleski jkunu  mifruxa aktar.
Clyde Puli sostna li biex dan iseħħ hemm bżonnil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. Hemm bżonn li dak li noffru jkun ta’ livell għoli u li jolqot dak li jistennew dawk kollha li jiġu jaraw il-Karnival. Fl-istess waqt wieħed irid jara kif spettaturi jkunu wkoll il-protagonisti bil-parteċipazzjoni tagħhom fil-brijju.
Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli awgura limill-Karnival tas-sena d-dieħla nibdew naraw il-bidliet meħtieġa biex bil-mod il-mod naslu biex ikollna Karnival ġdid, modern u żagħżugħ li xorta jibqa’ Karnival b’identità Maltija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow