Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET B’RABTA MAL-EUROPEAN YOUTH MEDIA DAYS

pr1296
Date Icon 18/09/2008
“L-Unjoni Ewropea hi minjierata’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ, u l-proġett European Youth Media Days se jkun opportunità biex żgħażagħ Maltin jesprimu ruħhom f’attività organizzata mill-Parlament Ewropew.”
Dan qalu is-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt laqgħa mal-membri tal-Malta Youth Press. Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari stieden żgħażagħ, b’mod partikolari dawk involuti fil-media biex jipparteċipaw f’din l-attivita’.
F’dan il-proġett se jkunu qedjieħdu sehem 200 ġurnalist u ġurnalista żgħażagħ mis-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea. Il-laqgħat se jsiru fi Brussell bejn l-Erbgħa, 15 ta' Ottubru u l-Ġimgħa, 17 ta' Ottubru li ġejjin. Waqt il-European Youth Media Days, iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità jiddibattu u jipproduċu materjal ġurnalistiku f’ working groups differenti.
Il-Parlament Ewropew qedjorganizza t-tieni edizzjoni tal-European Youth Media Days, li se jsiru fil-bini tiegħu fi Brussell, bl-għajnuna tal-European Youth Press. Il-laqgħa timmira li tippromwovi d-diskussjoni u li jsiru kuntatti fil-qafas Ewropew, b'perspettivi u realitajiet differenti. Il-programm tal-laqgħa ta' din is-sena jenfasizza l-bżonn li jintemmu l-fruntieri nazzjonali fil-media biex jinħoloq spazju pubbliku u politiku Ewropew. Għalhekk, il-parteċipanti huma mistennija jiddiskutu dan flimkien mal-Membri Parlamentari Ewropej u mal-korrispondenti Ewropej tal-media.
Is-Segretarju ParlamentariClyde Puli qal li din l-opportunità mhix biss ta’ għajnuna għaż-żgħażagħ imma wkoll opportunità biex il-membri tal-media Maltija jkomplu jkattru l-esperjenza mingħand nies imħarrġa fis-suġġett.
Clyde Puli appella biexiż-żgħażagħ interessati fil-media, fil-politika, studenti tal-ġurnaliżmu jew professjonisti biex jagħmlu użu minn din l-opportunità u japplikaw minn fuq is-sit elettroniku www.youthmediadays.eu sa mhux aktar tard mill-24 ta' Settembru li ġej.
Is-Segretarju ParlamentariClyde Puli faħħar din l-inizjattiva ta’ dawn il-ġurnalisti żgħażagħ u saħaq li din hi opportunita’ li se tkompli tgħin u tattira aktar nies biex jersqu lejn is-settur tal-ġurnaliżmu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow