Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR DOLORES CRISTINA, MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT WAQT ĊERIMONJA TA’ GĦOTI TA’ POST GRADUATE SCHOLARSHIPS - BERĠA TA’ KASTILJA – IL-ĦAMIS 18 TA’ SETTEMBRU

pr1295
Date Icon 18/09/2008
Ippermettuli nibda dan l-indirizzqasir tiegħi billi nifraħ lill-istudenti li għall-merti tagħhom irnexxielhom jirbħu dawn l-ischolarships.  Grazzi lill-ġenituri u l-familji tagħhom għall-appoġġ li żgur tawhom biex waslu sa hawn u prosit lill-għalliema u edukaturi li ppreparawhom b’suċċess.
Magħkom kien hemm studenti oħra li applikaw u ligħandhom kwalifiki biżżejjed u li kieku l-fondi kienu jippermettu, setgħu jkunu magħna hawn dal-għodu.  Għal dawn għandi kelma ta’ inkoraġġiment.  Inħeġġiġhom biex huma wkoll ikomplu bl-istudji speċjalizzati tagħhom.
Din hi t-tielet sena minn meta nidejna dinl-iskema għal studji Post Graduate. Min-numru ta’ applikazzjonijiet kif ukoll mill-kummenti li waslulna nafu kemm skema bħal din tista’ tkun ta’ għajnuna għalikom u l-familji tagħkom.  Nittamaw li f’perjodu relattivament qasir, din l-iskema se tkun ikkontribwiet għall-iżvilupp akkademiku ta’ grupp ta’ persuni li jiksbu kwalifiki għolja biex ikunu jistgħu jaħdmu f’dawk l-oqsma li huma importanti għall-iżvilupp futur ta’ pajjiżna.

Din l-iskema għandha żewġ miri speċifiċi. 

Min-naħa l-iskema qed tgħin numru ta’ studentili jridu jispeċjalizzaw f’oqsma soċjo-ekonomiċi importanti. Dawk li jagħżlu li jagħmlu Masters jew Ph.D. fl-Universita’ ta’ Malta jingħataw għajnuna għal perjodu bejn sena u erba’ snin biex jirreżistu t-tentazzjoni li jidħlu fid-dinja tax-xogħol qabel jispeċjalizzaw;
Min-naħa l-oħra, l-iskema għandha skop soċjaliusa’ – dak li toħloq spirtu ta’ kompetittivita’ u ambizzjoni biex wieħed ikun innovattiv fir-riċerka tiegħu u qed tibgħat sinjal lill-istudenti tagħna biex ikomplu jistudjaw f’dawk l-oqsma li joffru ħafna opportunitajiet.
Għal dawn l-aħħar xhur, il-membri tal-Bordtal-Malta Government Scholarship Schemes, li hu magħmul minn persuni b’esperjenza vasta u b’sens ta’ dover, kellhom biċċa xogħol kbira biex jagħmlu għażliet iebsa minn fost l-applikanti kollha, li wassluna għar-riżultat li għandna llum. Ta’ din il-ħidma nixtieq nirringrazzjahom.
Irbaħtu din l-għajnuna fuq il-merti tagħkombiss. Il-pajjiż diġa’ investa fikom fis-snin li għaddew u se jkompli jinvesti fikom biex tispeċjalizzaw fl-istudji tagħkom.  Inħeġġiġkom biex tagħmlu ħilitkom ħalli tiksbu suċċess biex b’hekk l-investiment li qed nagħmlu fikom jissarraf għall-ġid tagħkom, tal-familji tagħkom u tal-pajjiż kollu kemm hu.
L-għażliet li għamel il-Bord jitfgħu dawl kemmfuq it-talenti tagħkom u l-prijoritajiet tal-pajjiż li ħafna drabi ninjorawhom, kif ukoll fuq dawk l-oqsma fejn għalkemm għandna bżonn ta’ aktar esperjenza, hemm bżonn li s-sistema edukattiva tagħmel aktar sforz biex tħajjar u tipprepara studenti biex jieħdu l-opportunitajiet li jippreżentaw ruħhom bħal dawk fil-qasam tal-informatika.
Kif din l-iskema ta’ scholarships tkomplitevolvi, il-Ministeru tal-Edukazzjoni se jkun qed isegwi r-riżultati tagħha biex jevalwa aħjar il-kontribuzzjoni li għajnuna bħal din qed tagħti lura għall-iżvilupp tas-soċjeta’ tagħna.
Sfida oħra hi dik li nassiguraw li wara lil-aħjar studenti tagħna jtemmu l-istudji tagħhom, isibu ambjent tajjeb f’Malta ħalli jibqgħu fostna (jekk qed jispeċjalizzaw fl-Universita tagħna) jew jirritornaw lura lejn pajjiżhom (jekk qed jistudjaw barra) u jkunu protagonisti fl-iżvilupp kontinwu ta’ pajjiżna.
Qabilkom kien hemm oħrajn li taw dawnil-kontribut lejn pajjiżna.  Nistedinkom għalhekk biex waqt li qed tistudjaw, iżżommu f’moħħkom li l-pajjiż għandu bżonnkom.  Għandna fiduċja kbira fil-potenzjal tagħkom u qed inpoġġu fuqkom responsabiltajiet kbar.
Qed nafdawkom biex toħolqu opportunitajiet ġoddagħalikom infuskom u għal ħafna oħrajn b’riżultat tal-ħidma tagħkom;
Irridukom issibu risposti ġodda għal domandi lis’issa għad ma għarafniex inwieġbu.
Qegħdin nappoġġjawkom fil-mixja tagħkom biextiskopru soluzzjonijiet li jistgħu jtejbu l-kwalita’ ta’ ħajjitna – billi jnaqqsu t-tbatija, u jsaħħu l-kultura u l-kompetittivita’ ta’ pajjiżna.
Fis-snin tal-istudji tagħkom ibqgħu ftakru f’dankollu. L-istudji tagħkom huma parti mill-isforz kollettiv ta’ pajjiżna biex jirnexxi.  Agħmluna kburin bir-riżultati li tiksbu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow