DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-MALTA SCHOLARSHIP SCHEME – POSTGRADUATE AWARDS FIL-BERĠA TA’ KASTILJA, VALLETTA – IL-ĦAMIS 18 TA’ SETTEMBRU 2008
Mistednin distinti,
Studenti,
Ġenituri,
Sinjuri,
| Huwa ta’ pjaċir | kbir għalija li nagħtikom merħba għal dan l-avveniment prestiġjuż. Prestiġjuż fuq livell sew individwali, għalikom u għall-familji tagħkom, kif ukoll ta’ prestiġju għall-pajjiżna. |
| Tlitt ijiem oħra | se nkunu qegħdin niċċelebraw l-erbgħa u erbgħin sena tal-Indipendenza ta’ Malta. Meta niċċelebraw sa fejn wasalna u kemm irnexxielna nwettqu, inkunu nistgħu nsibu l-oriġini tal-kisbiet tagħna. Il-kisbiet li għamilna, għamilnihom għaliex investejna u bnejna fuq l-uniku riżors li għandna f’pajiżna – il-bniedem. |
| F’ċerimonja bħal | din, fejn il-Gvern qed jagħti għajnuna lil min irid ikompli jispeċjalizza u jidħol aktar fil-fond fl-istudji tiegħu jew tagħha, huwa wkoll il-ħin opportun li nħarsu lejn il-ġejjieni u nkomplu nippjanaw u nkunu ppreparati għall-isfidi u opportunitajiet li hemm jistennewna. |
| F’dinja dejjem | aktar globalizzata, se nkunu konfrontati b’bidliet kontinwi fl-oqsma ekonomiċi, politiċi u teknoloġiċi, kif ukoll bi sfidi lokali, hekk kif l-ekonomija tagħna tkompli tinbidel u tiżviluppa. Biex inkunu mħejjija tajjeb għal dawn iż-żminijiet ta’ prova li resqin fuqna, jinħtiġilna li kontinwament nidentifikaw u niżviluppaw fuq il-ħiliet tal-poplu tagħna. |
| Dawn l-ischolarships | huma xhieda tal-impenn tal-Gvern li jinvesti f’kull livell tal-edukazzjoni ta’ pajjiżna. Din l-iskema tagħmel parti minn pakkett ta’ miżuri li l-Gvern introduċa biex jorbot l-iżvilupp edukattiv mal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali ta’ Malta. Mingħajr dubju b’aktar speċjalizzazzjoni, pajjiżna jkompli jissaħħaħ għaliex intom, u oħrajn qabilkom u warajkom se tfittxu li tidħlu f’orizzonti ġodda. Magħkom igawdu oħrajn li jkunu qed jaħdmu viċin tagħkom li jgawdu minn nixxiegħa ta’ għerf. |
| Il-viżjoni li | ddikjarajna għal Malta sas-sena 2015 bħala ċentru ta’ eċċellenza tar-reġjun fl-Informatika u l-Komunikazzjoni, fl-ospitalità, kura tas-saħħa, manifattura b’valur għoli miżjud, servizzi finanzjarji u edukattivi tfisser li Malta tinħtieġ aktar aġġornamenti, li waħda minnhom hija l-ħtieġa għal aktar nies b’livelli ogħla ta’ edukazzjoni u taħriġ biex isostnu din il-viżjoni. Viżjoni li permezz tagħha titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu, u jinħoloq aktar xogħol f’pajjiżna. |
| Kull darba li | jirnexxielna nattiraw proġetti kbar lejn Malta, bħall-Smart City, l-edukazzjoni tkun fattur determinanti fil-kapaċità tagħna biex naħtfu l-okkażjoni; it-tagħlim u l-ħila tal-Maltin huma fattur kompetittiv li jrebbaħna. |
| L-isforzi tagħna | biex niżviluppaw settur edukattiv li jista’ jissodisfa dawn il-ħtiġiet għandhom diversi lati: |
o Qegħdin ninvestu b’mod massiċ fis-sistema edukattiva tagħna fil-livelli kollha – minn meta wliedna jkunu tfal żgħar, sal-istrutturar tal-kulleġġi, edukazzjoni vokazzjonali u edukazzjoni ogħla u finalment ir-riċerka. Iċ-ċiklu sħiħ fl-istess ħin qed jiġi rivedut u mtejjeb bi proporzjon sinifikanti ta’ fondi mill-Unjoni Ewropa diretti biex inwettqu din it-trasformazzjoni;
o L-integrazzjoni tal-ICT mal-firxa tas-settur kollu edukattiv hija dimensjoni kruċjali li qed tibdel il-mod li bih nedukaw u ngħallmu fil-futur. L-istrateġija ta’ e-learning għall-iskejjel kollha tagħna, flimkien mal-provvediment tat-tagħmir u infrastruttura meħtieġa kif ukoll l-iżvilupp tal-fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta huma kollha xhieda tal-isforzi li l-Gvern immexxi minni qed jagħmel f’dan il-qasam;
o L-MCAST huwa proġett ieħor li juri viżjoni. Wara s-suċċess kbir tiegħu fil-kontribut li ta biex ikattar il-kapaċitajiet taż-żgħażagħ u bil-mod kif irrisponda għall-ħtiġijiet tal-industrija; bl-approvazzjoni tal-Master Plan, il-Gvern se jkun qiegħed ikompli jiżviluppa l-infrastruttura meħtieġa biex iż-żgħażagħ li jattendu f’dan il-Kulleġġ jirdoppja;
o It-tkomplija u l-estensjoni tal-Malta Government Scholarship Scheme qed jagħtu kontribut biex f’Malta jiżdied l-għadd ta’ dawk kapaċi jaħdmu bi kwalifiki għoljin speċjalizzati f’għadd ta’ oqsma u setturi differenti.
| Qegħdin infasslu skema ġdidia ta’ | Scholarships li se tkun immirata esklussivament għal persuni żvantaġġjati jew dawk li jsibu ruħhom f’ċirkustanzi speċjali. Din l-iskema se nħabbruha aktar tard din is-sena. Wara l-esperjenza li kellna f’dawn it-tliet snin bl-iskema tal-Post Graduate u din is-sena bl-iskema tal-Undergraduate, dehrilna li jkun ġust li noħolqu skema ġdida għal dawn in-nies għax irridu ngħinuhom biex huma wkoll jirnexxu fil-ħajja. |
| Ħabbarna wkoll pakkett ta’ | miżuri fid-dokument ta’ qabel il-budget li hu sinjal ċar tal-impenn u l-viżjoni tal-Gvern. Dawn jinkludu: |
o Investiment sostnut fil-livelli kollha, inklużi childcare centres, kulleġġi, l-MCAST, l-Università ta’ Malta u istituzzjonijiet oħra post-sekondarji;
o L-implimentazzjoni ta’ Trust Fund biex jaġevola donazzjonijiet għall-impenji tal-Università fit-tagħlim u r-riċerka;
o It-tnedija ta’ skema ta’ scholarships li tkun toffri opportunitajiet ta’ taħriġ lil għalliema u edukaturi f’firxa ta’ oqsma speċjalizzati;
o It-tkomplija tal-iżvilupp ta’ programmi konġunti għal lawrji mill-Università ta’ Malta ma’ istituzzjonijiet oħra ta’ klassi mondjali.
| L-aspettattivi | tagħna minnkom huma għolja ħafna għax aħna nemmnu fil-potenzjal tal-ħaddiema Maltin. Għal dawk li ngħataw dan l-ischolarship, nifirħilkom għas-suċċess tagħkom għax intom eżempju ħaj ta’ dan il-potenzjal. Bħala dawk li ħadtu dawn l-ischolarships, kull wieħed u waħda minnkom se jingħata ħafna opportunitajiet biex turu xi ssarrfu. |
| Is-suċċess | tagħkom mhux biss jitkejjel mill-kwalifiki li tkunu ksibtu jew mill-iżvilupp fil-karriera tagħkom iżda bil-kontribut tagħkom lejn is-soċjetà, u bil-motivazzjoni altruwistika tagħkom. |
| Bħala | benefiċjarji tal-Malta Government Scholarship Scheme, se nsegwu mill-qrib il-progress u l-kisbiet tagħkom u se jħarsu lejkom bħala role models - protagonisti. Għalhekk nitlobkom sabiex tistabbilixxu xempju għall-oħrajn biex jimitawh u tkunu ambaxxaturi tajbin fl-istudji tagħkom. |
| Flimkien ma’ kull | wieħed u waħda minnkom, il-Gvern immexxi minni qed jaħdem biex tissaħħaħ u tiżdied ir-riċerka f’Malta u niġbdu investiment f’attivitajiet ta’ riċerka li jkunu vantaġġużi għalikom biex, terġgħu taqsmu l-esperjenza li tkunu ksibtu u tagħtu kontribut għall-iżvilupp soċjo ekonomiku permezz tar-riċerka tagħkom. |
| Nifraħ | lill-familji, lill-professuri u lill-għalliema ta’ dawk li għadhom kemm ingħataw l-ischolarships. Il-kisbiet tagħkom illum ma kinux ikunu possibbli mingħajr id-direzzjoni u d-dedikazzjoni li tajtu bil-paċenzja kollha. Id-dedikazzjoni tagħkom fit-trawwim u l-formazzjoni tal-potenzjal tintwera fis-suċċess tagħhom illum. |
| Filwaqt li nifraħ | ma’ kull wieħed u waħda minnkom, bħala missier qalbi toħroġ għal dawk li xtaqu li jkollhom iċ-ċans bħalkom, imma għal xi raġuni mhux qegħdin hawn. Lil dawn, kelma ta’ kuraġġ. Li xtaqtu tkunu hawn diġà turi d-determinazzjoni tagħkom li tkomplu tavvanzaw, u għalhekk inħeġġiġkom biex ma taqtgħux qalbkom. Il-Gvern determinat li opportunitajiet bħal dawn iżidhom. |
| Lilkom, miġbura | hawn dal-għodu nawguralkom suċċess kbir fil-futur tagħkom, u nawgura li tkunu ta’ ispirazzjoni għal aktar studenti biex ikomplu javvanzaw u jispeċjalizzaw fl-istudji tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en