IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI MARIO GALEA JIRRINGRAZZJA LILL-HADDIEMA TAR-RESIDENZA SAN VINCENZ
pr1293
18/09/2008
| Il-bieraħ għall-ħabta | tas-7.30 ta’ filgħaxija ġew innotati nirien fil-binja ġdida li qed tinbena fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. Il-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul, mill-ewwel infurmaw lill-amministrazzjoni u minnufih bdew jitfu n-nar. Ftit ħin wara waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li komplew jitfu n-nar. |
| Il-bieraħ | filgħodu stess f’din il-binja, saret Press Conference fejn il-ġurnalisti ddawwru mal-post u raw ix-xogħlijiet li kienu qed isiru f’din il-binja. F’dawn l-aħħar xhur, ix-xogħol f’din il-binja ngħata spinta kbira, tant li x-xogħlijiet strutturali tista’ tgħid li huma kompluti. In-nar tqabbad eżatt taħt is-sular fejn filgħodu ddawwru l-ġurnalisti. |
| Il-pulizija mill-ewwel | ġiet infurmata u qed isiru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa fuq dan il-każ. Il-pulizija mhux qiegħda teskludi xejn tant li nfurmat il-Maġistrat ta’ l-għassa Antonio Mizzi li ħatar esperti biex jgħinuh fuq il-każ. |
| Is-Segretarju | Parlamentari, Mario Galea irringrazzja lill-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul, li b’sogru għalihom mill-ewwel marru biex jippruvaw jitfu n-nar kif ukoll lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u lill-pulizija li qed jinvestigaw dan il-każ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en