Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI MARIO GALEA JIRRINGRAZZJA LILL-HADDIEMA TAR-RESIDENZA SAN VINCENZ

pr1293
Date Icon 18/09/2008
Il-bieraħ għall-ħabtatas-7.30 ta’ filgħaxija ġew innotati nirien fil-binja ġdida li qed tinbena fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. Il-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul, mill-ewwel infurmaw lill-amministrazzjoni u minnufih bdew jitfu n-nar. Ftit ħin wara waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li komplew jitfu n-nar.
Il-bieraħfilgħodu stess f’din il-binja, saret Press Conference fejn il-ġurnalisti ddawwru mal-post u raw ix-xogħlijiet li kienu qed isiru f’din il-binja. F’dawn l-aħħar xhur, ix-xogħol f’din il-binja ngħata spinta kbira, tant li x-xogħlijiet strutturali tista’ tgħid li huma kompluti. In-nar tqabbad eżatt taħt is-sular fejn filgħodu ddawwru l-ġurnalisti.
Il-pulizija mill-ewwelġiet infurmata u qed isiru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa fuq dan il-każ. Il-pulizija mhux qiegħda teskludi xejn tant li nfurmat il-Maġistrat ta’ l-għassa Antonio Mizzi li ħatar esperti biex jgħinuh fuq il-każ.
Is-SegretarjuParlamentari, Mario Galea irringrazzja lill-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul, li b’sogru għalihom mill-ewwel marru biex jippruvaw jitfu n-nar kif ukoll lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u lill-pulizija li qed jinvestigaw dan il-każ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow