JUM L-INDIPENDENZA, 21 TA' SETTEMBRU, 2008
pr1288
18/09/2008
| Fl-okkażjoni ta’ JUM L-INDIPENDENZA | l-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza dawn l-attivitajiet. |
| Is-Sibt, 20 ta' Settembru, | 2008 |
| Tqegħid ta' Kuruni mic-Chairman u s-Segretarju | tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin. |
Il-kuruni jitqiegħdu f'din is-sekwenza
| 10.00 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja - Valletta |
| 10.03 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta |
| 10.05 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Gerald Strickland - Barrakka ta' Fuq, Valletta |
| 10.10 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Nerik Mizzi – Pjazza San Ġwann, Valletta |
| 10.20 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Ugo Mifsud - Floriana |
| 10.40 hrs | Qabar tal-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola |
| 10.45 hrs | Qabar tal-Ex Prim Minstru Francesco Buħaġiar - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola |
| Il-Ħadd, 21 ta' Settembru, | 2008 - JUM L-INDIPENDENZA |
| Quddiesa Pontifikali u "Te | Deum" fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann |
| 09.30 hrs | Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re tul Triq ir-Repubblika, Valletta. |
| 09.43 hrs | Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann |
| 09.47 hrs | Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati |
| 09.51 hrs | Wasla tal-Prim Ministru |
| 09.55 hrs | Wasla tal-ET il-President ta' Malta Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur. |
| 10.00 hrs | Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum |
| Tqeghid ta' Fjuri fuq | il-Monument ta' l-Indipendenza, Floriana. |
| 11.45 hrs | Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Ġwardja tal-Unur jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana. |
| 11.50 hrs | Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument tal- Indipendenza |
| 11.55 hrs | Wasla tal-Kmandant tal-AFM |
| 11.59 hrs | Wasla tal-E.T. il-President ta’ Malta u l-Onor Prim Ministru |
| 12.00 hrs | L-E.T. il-President ta' Malta, il-Prim Ministru jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument. |
KUNCERT TA’ L-INDIPENDENZA
19.00 hrs Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali b’direzzjoni ta’ Mro Michael Laus fil-Bitħa tal-Palazz, Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en