Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment iwieġeb stqarrija ta’ l-Onor. Helena Dalli, dwar il-privatizzazzjoni tat-tarzna

pr1286
Date Icon 17/09/2008
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment jirreferi għall-istqarrija tal-Onor. Helena Dalli, Kelliema Ewlenija Laburista għas-Servizz Pubbliku u Investimenti Pubbliċi.
Kif spjegat fil-Konferenza ta’ l-Aħbarijiettal-bieraħ, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jixtieq jerġa’ jiċċara li l-interess tal-pajjiż f’dan l-istadju huwa li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna jkun suċċess; u dan jiddependi anke mis-sottomissjoni ta’ numru ta’ offerti ta’ kwalità għat-Tarznari jew għall-partijiet differenti li qegħdin jiġu privatizzati.
Billi kumment dwar in-numru ta’ espressjonijietta’ interess jista’ jaffettwa dan il-proċess, fuq parir tal-Privatisation Unit, u l-prassi li saret f’kull privatizzazzjoni, il-Gvern iħoss li fl-interess ta’ l-istess proċess, għandu joqgħod lura milli jagħti aktar informazzjoni li tista’ twassal biex tippreġudika l-proċess.
L-Onor. Dalli qed tipprova ssib xi inkostistenzafil-pożizzjoni tal-Ministru li fil-fatt ma kienx hemm. Fl-informazzjoni mogħtija lill-media nhar it-Tnejn, intqal li kienet għaddejja ‘assessment’ tal-EOIs. Dan ma kienx jimplika evalwazzjoni ta’ l-espressjonijiet ta’ interess per se, iżda analiżi tan-numru ta’ espressjonijiet ta’ interess u għal-liema parti tat-Tarzna dawn kienu mressqa, biex wara dik l-analiżi jkun jista’ jifformula l-pożizzjoni uffiċjali tiegħu f’dikjarazzjoni l-għada t-Tlieta 16 ta’ Settembru.
Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saretil-bieraħ, il-Ministru Fenech stqarr li n-numru ta’ espressjonijiet kien wieħed “pożittiv” u li jawgura tajjeb għat-tkomplija tal-proċess anke għaliex kien hemm sottomissjonijiet ta’ espressjonijiet għall-partijiet kollha li huma għall-bejgħ. Fl-istess konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Fenech qal li kienet se ssir dikjarazzjoni formali hekk kif il-Privatisation Unit tistabbilixxi d-data li fiha se titnieda s-sejħa għall-offerti.
Għal darb’oħra, il-Ministru Fenech itenni lidawn id-deċiżjonijiet qed jieħdu konsiderazzjoni ta’ l-interess komuni tal-pajjiż, ta’ min iħallas it-taxxi u tal-ħaddiema tat-Tarzna u l-familji tagħhom; u li l-privatizzazzjoni tirnexxi. Għaldaqstant, il-Ministru jappella anke lill-Oppożizzjoni biex tevita kull spekulazzjoni li tista’ tkun ta’ dannu għas-suċċess ta’ dan il-proċess.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow