STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1285
17/09/2008
| Il-publikazzjoni ta’ ittra li | l-Partit ta’ l-Alternattiva Demokratika (AD) irċieva mingħand il-Kummissjoni Ewropea hija l-aqwa prova ta’ kemm l-interpretazzjoni oriġinali tal-kelliema tal-AD kienet zbaljata. |
| Imkien fl-ittra m’hemm xi | indikazzjoni, wisq anqas xi konferma, mill-Kummissjoni Ewropea li identifikat xi nuqqas jew irregolarita’ fl-operat ta’ l-industrija lokali tat-tonn. Il-Kummissjoni Ewropea, kif inhu d-dritt u l-obbligu tagħha, tgħid li qed titlob għal xi kjarifiki. Id-Dipartiment tas-Sajd, fil-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, itenni li kif dejjem għamel s’issa, qed jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea u jibqa’ dispost li jforni kull informazzjoni addizzjonali li tintalab. Id-Dipartiment tas-Sajd huwa wkoll f’kuntatt kontinwu mal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna (ICCAT). |
| Id-Dipartiment tas-Sajd, | fil-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali isostni li kien dejjem minn ta’ quddiem nett li fil-laqgħat regolari li jsiru, ippropona mizuri li jiggarantixxu s-sostenibbilta’ tat-tonn. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en