Left arrow Mur Lura

Diskors tal-Onor. Tonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, fil-Konferenza dwar l-Intrapriżi Żgħar u Medji  - Floriana - 17 ta’ Settembru 2008

pr1282
Date Icon 17/09/2008

Sinjuri, 

Nirringrazzjakom talliaċċettajtu l-istedina tiegħi li tkunu magħna llum, fejn għal nofs ta’ nhar se npoġġu lill-intrapriża żgħira u medja fiċ-ċentru ta’ l-attenzjoni tagħna sabiex aħna lkoll nitgħallmu aktar dwar dan il-fenomenu ta’ l-intrapriżi żgħar u medji u nifhmu aħjar x’inhuma l-bżonnijiet tiegħu biex ikompli miexi ’l quddiem. Sejjaħtlu fenomenu, għaliex minkejja ċ-ċokon ta’ kull entità indivdwali, fit-totalità tiegħu dan is-settur jipprovdi 67,000 impjieg, u għalhekk, kif għadna kif rajna u smajna, l-għajxien ta’ numru tant kbir ta’ familji Maltin u Għawdxin jiddependi fuq is-suċċess ta’ dan is-settur.
Nixtieq li l-konferenzatal-lum isservi ta’ opportunità fejn naqsmu flimkien ideat dwar x’nistgħu nagħmlu biex lil dan is-settur inkomplu ngħinuh, kif nistgħu nagħmluh aktar attraenti, kif nistgħu ngħinu lil min qiegħed fih biex jikber, iħaddem aktar nies u jiġġenera aktar ġdid. Fi ftit kliem, kif se nsaħħuħ. Ippermettuli ninsisti fuq il-kelma nsaħħuħ. Dan għaliex, mill-preżentazzjoni li għadna kif rajna, joħroġ biċ-ċar li bil-fatti u mhux bil-kliem, l-intrapriża ż-żgħira tinsab fuq quddiemnett fl-aġenda tal-Gvern. L-impenn tagħna biex innaqqsu l-ispejjeż wettaqnih fil-prattika b’riformi li wasslu għal tnaqqis sostanzjali ta’ l-ispejjeż marbuta mal-liċenzji filwaqt li miljuni ta’ ewro mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea kienu allokati għal investiment dirett jew indirett fis-settur ta’ l-intrapriża żgħira u medja.
Dan is-settur qed igawdiwkoll mill-miżuri li ħadna fil-budgets li għaddew. It-tnaqqis, darbtejn wara xulxin, tat-taxxi, ħalla aktar flus f’idejn il-familja tagħna u dan ħalla direttament impatt pożittiv fuq is-settur tan-negozji ż-żgħar. Miżura oħra kienet dik għal skopijiet ta’ taxxa, SME jista’ jirrikonoxxi l-pagi tal-membri tal-familja tiegħu.
Nixtieq nagħti ħarsa lejnftit ċifri biex nagħti indikazzjoni ta’ l-għajnuna li gawdiet minnha l-intrapriża medja u żgħira f’Malta.
Fl-aħħar tliet snin, l-SMEsingħataw total ta’ €38 miljun f’assistenza differenti, taħt skemi bħal cash grants, allowances fuq l-investiment, skemi li jinċentivaw il-valur mizjud u rati mnaqqsa ta’ income tax. Minn dawn il-miżuri, gawdew aktar minn elf intrapriża. Barra minn dan, il-Malta Enterprise għenet lil aktar minn 80 entità billi pprovditilhom mal-81 elf metru kwadru ta’ art fejn jiżviluppaw in-negozju tagħhom fl-aħħar sentejn.
Naturalment, dan kollu huwal-għajnuna diretta, għaliex hemm ħafna aktar li ħalla impatt pożittiv fuq din l-intrapriża. Jekk nitkellmu fuq kwalità ta’ ambjent aħjar, toroq aktar tajbin, sistema aktar effiċjenti u moderna ta’ l-informatika jew tariffi mraħħsa fil-portijiet, għalkemm ma nqisuhomx strettament bħala marbuta ma’ dan is-settur, kollha b’xi mod għenu biex dan jimxi ‘l quddiem. Anke bl-investiment fl-edukazzjoni, b’mod partikolari l-MCAST, għandu jitqies bħala proġett li ser ikompli jsaħħaħ is-settur tal-SME f’pajjizna. Kull student li qed jistudja fl-MCAST, huwa potenzjalment persuna li tista’ tiżviluppa fi twelid ta’ SME.
Aktar ma jitwieldu SMEsf’pajjiżna, aktar jinħoloq xoghol, u x-xogħol jiġġenera aktar ġid u konsum, u aktar ma jkun hawn konsum, aktar tkompli tikber l-attività kummercjali u industrijali f’pajjiżna: dan huwa ċiklu pożittiv li jippermetti l-ekonomija tagħna, kif kompliet tagħmel din is-sena minkejja d-diffikultajiet internazzjonali kollha, li tkompli tikber.
Ir-riżultati ta’ danl-investiment li għamilna kienu mill-aktar pożittivi. Skond ċifri provduti mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, fl-aħħar sentejn pajjiżna ra l-ftuħ ta’ kważi 7,000 negozju żgħir jew medju ġdid. Din iċ-ċifra mhix biss riżultat, iżda hi wkoll opportunità. Hi riżultat għax tfisser li l-Gvern bil-politika tiegħu rnexxilu jinkoraġġixxi 7,000 persuna biex tiftaħ negozju tagħha. Iżda hi wkoll opportunità għaliex li kieku jirnexxilna nagħtu l-mezzi biex dawn in-negozji jikbru, u maż-żmien iħaddmu magħhom aktar ħaddiema, qed nitkellmu fuq opportunità ta’ ħolqien ta’ eluf kbar ta’ impjiegi għas-snin li ġejjin. Kien għalhekk li f’diskussjonijiet li kelli mal-Bord il-ġdid tal-Malta Enterprise, jien sħaqt li wieħed mill-objettivi ta’ din l-aġenzija għandu jkun proprju li l-intrapriża lokali tkun megħjuna biex tiġġenera aktar impjiegi u aktar ġid.
Iżda fl-istess ħin,is-suċċess tas-settur ma jistax jiddependi mill-Gvern biss, u għalhekk nixtieq nirringrazzja lill-imprenditur Malti u Għawdxi għall-impenn tiegħu. Napprezza li fl-aħħar numru ta’ snin, il-kwalità tas-servizz offrut minnu kibret drastikament, u konvint li l-konsumatur illum qed jingħata servizz ta’ kwalità ferm aktar minn qatt qabel. Anke l-korpi li jirrappreżentaw lil dan is-settur kellhom rwol kruċjali biex dan seta’ jseħħ.
B’sodisfazzjon ninnota lin-negozjant Malti llum qed japprezza aktar li fl-aħħar mill-aħħar, meta jipprovdi servizz ta’ l-aqwa kwalità lill-konsumatur, se jgawdi hu stess. Żgur li eżempju prattiku ta’ dan kienet il-bidla għall-ewro, fejn l-appoġġ ta’ l-intrapriża ż-żgħira, kienet importanti f’aktar minn sens wieħed. Il-Kummissjoni Ewropea faħħret il-mod kif seħħet il-bidla f’Malta, kemm mill-aspett tekniku kif ukoll għall-fatt li ċ-ċaqliq fil-prezzijiet marbut mal-munita kien minimu għall-aħħar. Dan kien possibbli għaliex dan is-settur ipprepara ruħu kif jixraq, u ma fittix din l-opportunità biex jabbuża mill-klijenti tiegħu, anzi, kif tixhed il-parteċipazzjoni fl-iskema FAIR, ħa l-opportunità biex isaħħaħ il-kredibilità tiegħu f’għajnejn il-klijenti tiegħu stess.
Għalkemm ninnota dawnir-riżultati b’sodisfazzjon, irridu naraw kif se nimxu ‘l quddiem Fid-Dokument ta’ Qabel il-Budget, il-Gvern fittex li jistimula d-dibattitu dwar kif nistgħu nagħmlu dan. Numru ta’ proposti huma bbażati fuq dak li ħafna minnkom diġà tlabtuna – bħal ħtieġa li nkomplu nissimplifikaw il-liġijiet, li nirrevedu s-sistemi ta’ infurzar biex innaqqsu l-iskariġġ speċjalment fuq l-iżgħar kumpaniji, inwaqqfu qafas aktar sempliċi ta’ rappurtaġġ u fejn possibbli, inkomplu nirrevedu l-ispejjeż li jridu jitħallsu lill-awtoritajiet regolatorji. Fuq uħud minn dawn l-oqsma, bħas-simplifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ, ninsabu diġà fażi avvanzata, u fi żmien qarib se nkunu qed iniedu standards aktar sempliċi f’dan ir-rigward.
Anke fuq livell Ewropew qednippruvaw inkunu proattivi. Il-Gvern laqa’ b’sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar. Dan l-Att jinkludi miżuri li huma proprju mmirati lejn dawk il-problemi li l-aktar joħonqu l-potenzjal biex l-SMEs jikbru, bħall-aċċess għall-finanzjament, għar-riċerka u l-innovazzjoni jew il-burokorazija eċċessiva. Iżda l-Gvern Malti jixtieq li dan l-Att imur lil hinn minn dan. L-appell li għamilt fil-Kunsill tal-Ministri fejn kien diskuss dan l-Att kien proprju biex inkunu aktar avventurużi f’dak li rridu minn dan l-Att.
Iva, nemmen li dan l-Attgħandu jservi biex jelimina l-leġislazzjoni kollha li taffettwa l-SMEs, bl-eċċezzjoni tar-regolamenti u l-ħtiġijiet li jkunu jidhru fih. B’hekk inkunu nistgħu niggarantixxu tassew li l-espressjoni ‘red carpet’ tkun imwettqa fil-prattika. Mill-ġdid, nirringrazzjkom tal-attendenza tagħkom u nawgura ġurnata ta’ ħidma effettiva lil kulħadd. Grazzi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

Aktar Stqarrijiet Right arrow