Left arrow Go Back

KONFERENZA STAMPA LI NGĦATAT ILLUM MILL-MINISTRU GEORGE PULLICINO, MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS SAID FUQ L-EŻERCIZZJU TA’ INFURZAR TAL-LIĠI GĦAL MIN IĦAMMEĠ JEW JARMI SKART BARRA - KENNEDY  GROVE, SALINI

pr1279
Date Icon 16/09/2008
L-Onor. Chris Said beda biexqal li l-eżerċizzju Crackdown on Littering li ġie mniedi fit-18 t’Awissu sar bejn il-Gwardjani Lokali, il-Pulizija u Authorised Officers tal-MEPA.  Din l-iskema qed tiġi mgħejuna u parzjalment finanzjata mill-Kunsilli Lokali.
Matul dan iż-żmien dawnl-uffiċċjali responsabbli kellhom l-awtorita’ li jwaqqfu n-nies milli jħammġu u li jimmultawhom fuq il-post.  Chris Said qal li dan kien mod effiċċjenti sabiex kulħadd jagħmel sforz biex tinbidel il-mentalita’ fejn jidħlu l-ħmieġ u t-tindif ta’ pajjiżna.  Għalkemm il-Gvern dejjem jibqa’ jemmen li meta teduka n-nies fuq dawn l-affarijiet dejjem huwa aħjar, id-dixxiplina hija effettiva wkoll.  Wieħed jista jara r-riżultati fejn ċertu postijiet ġew imnaddfa u fejn ġiet mittieħda din l-azzjoni.  Dott. Said qal li f’ċertu postijiet l-uffiċċjali inkarigati kienu liebsin pajżana sabiex jagħmlu aktar effett.
Chris Said qal li appartil-infurżar li jsir ta’ kuljum, tabelli u posters li kienu mwaħħla bla permess ġew mitluba li jitneħħew u ingħataw multi meta dan ma sarx.  Il-MEPA flimkien mal-Parks Unit ħadu l-inkarigu li jneħħu t-tankijiet tal-ħadid mitluqa fil-kampanja, u bdew anke jiddentifikaw postijiet fejn instabu, fejn imbad twaħħlu on site warnings u fejn kien possibli sar kuntatt mas-sidien tal-post.  Dawn il-postijiet kienu f’Ta’ Sanri, id-Dwejra, il-Manikata, Ġnien il-Majjistral, is-Siġġiewi, ir-Rabat u Chadwick Lakes.  B’kollox inġabru 1,000 tank u twaħħlu 98 warningss mwaħħla fuq il-post.
Sadanittant Dott. Said qal it-telefonati jewemails li daħlu fuq il-ħmieġ u t-tindif kienet qed tittieħed azzjoni mal-ewwel.  Dott Said qal li min meta ġiet imnedija ir-Riforma tal-Kunsilli Lokali ħafna mill-ilmenti u s-suġġerimenti kienu fuq l-indafa u l-ambjent, u l-Gvern jemmen li huma fil-minoranza n-nies li jħammġu u jarmu barra, għax ħafna min-nies verament jixtiequ li pajjiżna jinżamm nadif u f’ambjent sabiħ.
Il-MinistruPullicino tkellem dwar l-impenn tal-Gvern f'dan il-qasam. L-Indafa Publika  għal-Gvern hi prijorita’ u huwa ezattament għalhekk li l-Gvern permezz tal-ħaddiema tiegħu jieħu ħsieb li jnaddaf it-toroq arterjali u żoni oħra taħt ir-responsabbilta’ tal-Gvern ċentrali ta' kuljum.
Il-MinistruPullicino semma kif  mill-Ewwel ta Jannar 2008 sax-xahar ta' Awissu inġabar 9,000 tunnellata ta' skart mit-toroq. Dan l-iskart miġbur huwa apparti dak li jingabar mill-kunsilli lokali, f'dan il-kuntest il-Ministru Pullicino sostna li  hemm bżonn ta' aktar koperazzjoni bejn kulħadd sabiex nieħdu ħsieb l-ambjent kollhu ta' madwarna.
Il-Ministru Pullicino fakkar li matul ix-xhurli għaddew il-Ministeru talab lil-kumpaniji tar-reklamar u l-NGO's sabiex ma jitwaħħlux posters ma’ arbli tad-dawl u traffic lights. Kien hawn min kien qieghed ukoll isammar posters mas-siġar. Intalab l-intervent tal-Pulizija biex isir aktar infurzar ta din il-liġi. B'kollox minn Jannar sa Awissu, id-Dipartiment ta l-Indafa Publika ġabar il-fuq minn 6,000 poster li twahhlu illegalment minn ma’ arbli tad-dawl u tat-traffic lights.
"Hijaħasra li llum li hawn il-faċilitajiet kollha neċċesarji sabiex wieħed ikun jista jarmi l-iskart goff, fosthom il-ġbir ta’ skart goff mid-djar u CA sites, xorta għadek issib min jarmi barra." Dan sostnieħ il-Ministru Pullicino filwaqt li semma li d-Dipartiment ġabar il fuq minn 5,000 tunnellata ta’ skart goff li ġie mormi fit-toroq tagħna.
Il-Ministru Pullicino filwaqt li tennal-impenn tal-Gvern sabiex pajjiżna jinżamm nadif ħabbar li fit-toroq arterjali, promenades u postijiet oħrajn li jaqgħu taħt ir responsabilita’ tal-Gvern Ċentrali se jkunu qeghdin jitpoġġew 1,200 bin. Il-Ministru ħabbar ukoll li lejn l-aħħar  t'Ottubru se jiġu organizzati tlett ijiem fejn il-pubbliku ġenerali se jkun mistieden jingħaqad f'Kampanja ta' Tindif madwar pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow