KONFERENZA STAMPA MILL-ONOR. MARIO DE MARCO , SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU U L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI – MUZEW TAL-AVJAZZJONI, TA’ QALI
pr1278
16/09/2008
| Il-qasam turistiku wkoll | ibbenefika minn sħubija fl-Unjoni Ewropea. |
| “Meta l-qasam turistiku | jkollu riżultati pożittivi ikollu effett pożittiv fuq kważi kull qasam tal-ekonomija, u għalhekk l-investimenti li saru f’dan is-settur permezz ta’ proġetti iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea kien intiż biex il-prodott turistiku Malti ikompli jitjieb u jħalli l-effetti mixtieqa” |
| Dan qalu l-Onor Chris Said, | Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni li flimkien ma' l-Onor. Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu illum indirizaw konferenza tal-aħbarijiet bħala parti mill-Kampanja ta’ informazzjoni dwar il-proġetti fil-qasam turistiku li saru b’fondi tal-Unjoni Ewropea mill-budget tal-2004-2006 u dawk li s’issa ġew approvati u ser isiru bit-€ 855 miljun li Malta irnexxiela tikseb għall-perjodu 2007-2013. |
| Chris Said qal illi | t-turiżmu hu settur li jimpjega ħafna nies b’ħiliet differenti, mill-iżgħar sal-għola u l-proġetti li saru bejn l-2004 u l-2006 komplew għenu biex dawk illi jaħdmu f’dan is-settur ikomplu jitħarrġu u għalhekk kien hemm titjib għall-faċilitajiet tat-taħriġ. Bil-għan illi jitjieb il-prodott turistiku u kif ukoll iħajjar aktar nies biex jaħdmu f’dan il-qasam. |
| Il-settur turistiku | f’Għawdex ukoll ibbenefika mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għax permezz ta’ dawn il-fondi kien hemm promozzjoni għall-niċeċ ġodda ta’ turiżmu f’Għawdex. |
| Il-Gvern jifhem l-importanza | għan-niċeċ ġodda tat-Turiżmu u għaldaqstant f’Għawdex inħolqu siti ġodda tal-għadds sabiex jattiraw aktar turisti u Għawdex jiġi rreklamat bħala destinazzjoni ideali għall-għaddasa. |
| Inbena wkoll mill-gdid l-ITS | sabiex aktar studenti Għawdxin ikollhom il-faċilitajiet meħtieġa biex jitħarrġu u b’hekk anke f’Għawdex jitjieb il-prodott turistiku. |
| Diversi intrapriżi żgħar | ingħataw għajnuniet sabiex itejjbu l-prodott jew servizz li joffru inkluż sistemi aħjar għall-immaniġjar ambjentali u aċċessibilita’ aħjar għal persuni b’diżabilita`. |
| Madwar 1,700 ħaddiema li | jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu jew li jagħtu xi tip ta’ servizz inkluż ħaddiema ta’ lukandi u ristoranti, dawk fil-qasam tat-trasport kienu mħarrġa bil-għan li t-turist jingħata l-aqwa servizz. |
| Saru wkoll diversi proġetti | u fost postijiet li ttranġaw biex jitjieb il-prodott turistiku kien hemm ir-riġenerazzjoni ta’ Howard Gardens fl-Imdina u r-restawr tad-Domus Romana fil-waqt li parti mill-fondi intużaw sabiex jitjieb l-aċċess tal-Cruise Liner Terminal fil-Belt Valletta. |
| Chris Said qal li propju | l-post min fejn kienet qed issir il-konferenza tal-aħbarijiet iġifieri l-Malta Aviation Museum ibbenifika minn-proġett li jaqa’ taħt it-Tourism Grant Schemes. Skema li qeda biex tipromwovi l-iżvilupp ta’ intrapriżi turistiċi fis-settur privat. Il-Mużew tal-Avjazzjoni ibbenifika minn € 150,000 , li 60% minnhom kienu min-fondi pubbliċi. F’dan il-Mużew inbena Hanger li jżomm ajruplani u vetturi relatati mat-tieni gwerra dinjija. Grazzi għal din l-iskema dan il-Mużew joffri prodott professjonali għall-viżitaturi, u min meta saru dawn ix-xogħlijiet żdiedet l-attendenza tan-nies u sar attrazzjoni turistika. |
| Is-Segretarju Parlamentari | Mario de Marco saħaq dwar l-importanza tal-investiment fis-settur turistiku biex inkomplu ntejjbu l-prodott li noffru lit-turisti li jiġu jżuruna. Huwa sostna li l-Gvern dejjem poġġa dan is-settur fuq quddiem nett tal-aġenda politika tal-pajjiż u xhieda ta’ dan huma l-120 miljun ewro mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013 li huma ntiżi għal proġetti u inizjattivi turisitiċi. |
| Sa’ llum numru ta’ proġetti | u inizjattivi ġew identifikati u approvati. Dawn jinkludu proġetti ta’ tisbieħ fiż-żoni kostali tal-Qawra u tas-Sliema, proġett estensiv ta’ tisbieħ fiż-żona tal-Qawra li jinkludi wkoll Aquarium u Istitut għal għaddasa, proġett ta’ ġnien u faċilitajiet għaċ-ċiklisti ġewwa Pembroke kif ukoll promenade ġdid ġewwa San Pawl il-Baħar. Ma dawn wieħed irid iżid ukoll proġett li għandu l-għan li jikkonserva numru ta’ siti arkeoloġiċi bħal Ġgantija ġewwa Għawdex, it-tempji ta’ Ħal-Tarxien u l-Katakombi ta’ San Pawl. |
| Mario de Marco ta dettalji | dwar skema li se tidħol fis-seħħ dalwaqt intiża biex tgħin entrapriżi fis-settur turistiku sabiex itejbu l-prodott li joffru. Din l-iskema ta’ għotjiet għandha tgħin intrapriżi liċenzjati biex jimplimentaw proġetti sostenibbli u jkomplu jtejbu l-kompetittivita’ ta’ l-istess azjendi. L-interventi għadhom jiffukaw fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, prattiċi ambjentali aħjar u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni. |
| Is-Segretarju Parlamentari | saħaq ukoll fuq l-importanza tar-riżorsa umana fil-kuntest tal-prodott turistiku. Għal dan il-għan ser jiġi ffinanzjat proġett tal-Awtorita’ tat-Turiżmu bl-iskop li jiġu żviluppati aħjar il-ħiliet tal-ħaddiema fis-settur, speċjalment dawk f’livelli maniġerjali. Dan il-proġett jinkludi wkoll żewġ studji rigward il-livell ta’ taħriġ meħtieġ kif ukoll dwar in-numru ta’ ħaddiema li ser ikollna bżonn fil-futur. |
| Mario de Marco ikkonkluda | billi fakkar ukoll fl-investiment minn fondi tal-Unjoni Ewropea li, ghalkemm mhux direttament relatat mas-settur turistiku, żgur se jkunu ta’ benefiċċju għall-industrija. F’dan il-kuntest wieħed jista’ jsemmi proġetti ta’ natura infrastrutturali bħal bini mill-ġdid ta’ toroq, proġetti ta’ konservazzjoni bħal proġett estensiv ta’ restawr tas-swar kif ukoll proġetti oħra ambjentali li għalihom il-Gvern impenjat li jonfoq 300 miljun ewro. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en