IL-PARLAMENT F’IDEJN IŻ-ŻGĦAŻAGĦ
pr1275
16/09/2008
| Illum is-sala | tal-Parlament kienet mimlija żgħażagħ jiddiskutu suġġetti ta’ sustanza li jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-bniedem. Il-Parlament taż-Żgħażagħ hija inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li għall-ħames darba stieden gruppi ta’ żgħażagħ jirriflettu bejniethom u jiddiskutu fil-bini fejn tiltaqa’ l-Kamra tad-Deputati. Iż-żgħażagħ iltaqgħu f’żewġ sessjonijiet, b’dik ta’ filgħodu għaż-żgħażagħ preseduta minn Mr Speaker, l-Onor Louis Galea, u dik ta’ wara nofs in-nhar għat-teenagers preseduta mid-Deputy Speaker, l-Onor Carmelo Abela. |
| Fil-ftuħ tas-sessjoni ta’ | dalgħodu, l-iSpeaker Louis Galea sostna li rispons ta’ daqstant żgħazagħ għall-inizjattiva tal-Parlament taż-Żgħażagħ turi li ż-żgħażagħ Maltin fil-fatt jimportahom minn kwestjonijiet fondamentali għall-kwalità tal-ħajja. “Iż-żgħażagħ qed juru wkoll li huma jqisu l-Parlament istituzzjoni rilevanti fejn b’diskussjoni informata u djalogu ġenwin nies b’ideat differenti jsibu soluzzjonijiet ta’ ġid għall-poplu kollu.” Louis Galea nnota wkoll li l-fatt li ż-żgħażagħ sejħu l-gruppi tagħhom ‘Partiti’ juri li, minkejja d-difetti tagħhom, il-Partit Politici Maltin għadhom meqjusa bħala mudell pożittiv fil-ħajja politika ta’ pajjiżna. Louis Galea rringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u liż-żgħażagħ li ħadu sehem. “Ilkoll flimkien irridu naħdmu biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom kuxjenza aktar b’saħħitha u informata dwar il-kwestjonijiet nazzjonali li jolqtu fil-fond il-ħajja tal-poplu tagħna u li jkunu attivi fid-dibattitu politiku nazzjonali. Nistedinkom sabiex tqisu l-politika bħala ‘vokazzjoni mill-aktar nobbli’ fis-servizz tal-bniedem,” temm jgħid Louis Galea. |
| Id-Deputy Speaker, l-Onor | Carmelo Abela tkellem dwar il-bżonn li l-Parlament ikun qrib iċ-ċittadin u faħħar lill-parteċipanti għat-temi magħżula għal din is-sessjoni, temi attwali u relevanti għall-ġurnata tal-lum. |
| L-Onor Carmelo Abela | ħeġġeġ liż-żgħażagħ ikunu aktar attivi fis-soċjetà. Minkejja d-diffikultajiet li huma jiffaċċjaw, huwa ħeġġiġhom jibqgħu ambizzjużi u jaħdmu sabiex il-ħolm u x-xewqat tagħhom isiru realtà. Importanti li ż-żgħażagħ isemmu leħinhom u jesprimu l-ideat tagħhom. Huwa ta’ vantaġġ għas-soċjetà in ġenerali meta ż-żgħażagħ jagħtu sehemhom għall-iżvilupp tal-pajjiż. |
| Fil-Parlament illum | iż-żgħażagħ mexxew diskussjoni u adottaw għadd ta’ riżoluzzjonijiet miġbura f’sitt temi differenti. Is-sitt gruppi ta’ żgħażagħ għazlu dawn l-ismijiet: il-Partit tat-Teknoloġija u Privatezza, il-Partit Forom Differenti ta’ Familja, il-Partit Djalogu Interkulturali, il-Partit Identità Maltija, il-Human Well-Being Party, u l-Partit Żgħażagħ fis-Socjetà. L-isem ta’ kull Partit jindika s-suġġett li ġie diskuss u li dwaru ġiet formulata r-riżoluzzjoni. Id-diskussjoni kienet waħda ħajja, miftuħa, karatterizzata minn analizi kritika u riċerkata ta’ diversi sitwazzjonijiet u proposti kostruttivi kif jista’ jkun hemm titjieb fihom. |
| Il-Membri Parlamentari | David Agius, Anthony Agius Decelis, Owen Bonnici, Evarist Bartolo, Franco Debono, Noel Farrugia, Ċensu Galea u s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli taw messaġġi qosra fil-Parlament taż-Żgħażagħ. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en