Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr1274
Date Icon 16/09/2008
Il-konsumatur Maltiqiegħed jiffranka bil-ftehim ta’ hedging li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta.
Il-media tal-PartitLaburista intenzjonalment qed tgħawweġ fir-rappurtaġġ tagħha biex tiżgwida lill-pubbliku dwar il-prezz internazzjonali taż-żejt u l-kontijiet ta’ l-elettriku li jħallsu l-Maltin.
Minkejja li l-prezz taż-żejtniżel għal madwar US$100, dan xorta għadu ogħla mill-prezz li bih l-Enemalta xtrat iż-żejt għall-elettriku. Dan sar minħabba l-hedging li ġab prezz tajjeb anke meta ż-żejt kien ħafna ogħla milli hu llum.
S’issa l-konsumatur Maltiffranka dejjem. Iżda l-prezz internazzjonali taż-żejt ma raħasx anqas mill-prezz li bih l-Enemalta xtrat iż-żejt.
Il-Ministeru jtenni lil-Korporazzjoni Enemalta qatt ma xtrat ż-żejt permezz tal-hedging għall-prezz ta’ US$120 kif allegat u rrappurtat b’mod malizzjuż il-media tal-Partit Laburista.
Il-prudenza u l-għaqaltal-Gvern wasslu biex il-Korporazzjoni Enemalta rnexxielha tiffranka US$55 miljun bil-ftehim ta’ hedging li għamlet meta xtrat iż-żejt biex issa għanda għall-provvista ta’ din is-sena u għal nofs il-provvista tas-sena d-dieħla. Hu għalhekk li l-Gvern seta’ jissussidja il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bis-surcharge jiżel għal 95% minn 160%.
Il-media tal-PartitLaburista tagħmel tajjeb, la darba tifhem li l-prezz ta’ madwar US$120 hu l-medja tal-prezz taż-żejt mhux raffinat għall-perijodu bejn April u Ġunju 2008. Għalhekk il-media tal-Partit Laburista hi kompletament żbaljata meta tgħid li l-Gvern innegozja ftehim ta’ hedging fuq dan il-prezz.
Naħsbu li dan m’hux żballiżda malizja biex joħloq aspetattivi m’hux ġustifikati u li inevitabbilment ikunu diżappuntanti. US$100-il barmil taż-żejt m’hux maħdum m’hux prezz irħis taż-żejt iżda prezz għoli li rridu jew ma rridux jirrifletti ruħu f’kontijiet ta’ l-elettriku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow