STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr1274
16/09/2008
| Il-konsumatur Malti | qiegħed jiffranka bil-ftehim ta’ hedging li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta. |
| Il-media tal-Partit | Laburista intenzjonalment qed tgħawweġ fir-rappurtaġġ tagħha biex tiżgwida lill-pubbliku dwar il-prezz internazzjonali taż-żejt u l-kontijiet ta’ l-elettriku li jħallsu l-Maltin. |
| Minkejja li l-prezz taż-żejt | niżel għal madwar US$100, dan xorta għadu ogħla mill-prezz li bih l-Enemalta xtrat iż-żejt għall-elettriku. Dan sar minħabba l-hedging li ġab prezz tajjeb anke meta ż-żejt kien ħafna ogħla milli hu llum. |
| S’issa l-konsumatur Malti | ffranka dejjem. Iżda l-prezz internazzjonali taż-żejt ma raħasx anqas mill-prezz li bih l-Enemalta xtrat iż-żejt. |
| Il-Ministeru jtenni li | l-Korporazzjoni Enemalta qatt ma xtrat ż-żejt permezz tal-hedging għall-prezz ta’ US$120 kif allegat u rrappurtat b’mod malizzjuż il-media tal-Partit Laburista. |
| Il-prudenza u l-għaqal | tal-Gvern wasslu biex il-Korporazzjoni Enemalta rnexxielha tiffranka US$55 miljun bil-ftehim ta’ hedging li għamlet meta xtrat iż-żejt biex issa għanda għall-provvista ta’ din is-sena u għal nofs il-provvista tas-sena d-dieħla. Hu għalhekk li l-Gvern seta’ jissussidja il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bis-surcharge jiżel għal 95% minn 160%. |
| Il-media tal-Partit | Laburista tagħmel tajjeb, la darba tifhem li l-prezz ta’ madwar US$120 hu l-medja tal-prezz taż-żejt mhux raffinat għall-perijodu bejn April u Ġunju 2008. Għalhekk il-media tal-Partit Laburista hi kompletament żbaljata meta tgħid li l-Gvern innegozja ftehim ta’ hedging fuq dan il-prezz. |
| Naħsbu li dan m’hux żball | iżda malizja biex joħloq aspetattivi m’hux ġustifikati u li inevitabbilment ikunu diżappuntanti. US$100-il barmil taż-żejt m’hux maħdum m’hux prezz irħis taż-żejt iżda prezz għoli li rridu jew ma rridux jirrifletti ruħu f’kontijiet ta’ l-elettriku. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en