Induction Seminar għal Għalliema ġodda
pr1273
16/09/2008
| Kelmtejn ta’ Għeluq | mill-Onor. Dolores Cristina |
| Ministru ta’ | l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport |
| Il-bidu tal-karriera f’kull | professjoni iqanqal ferħ, tama, ansjeta, frustrazzjoni u anke sodisfazzjon. Dawn huma kollha sentimenti naturali. Ilkoll bdejna nrawmu fina ideali u miri li nixtiequ nilħqu kemm waħedna kif ukoll ma’ kollegi ġodda. L-entużjażmu tagħkom hu importanti biex intom tiżviluppaw kemm personalment kif ukoll professjonalment. Il-professjoni ta’ l-għalliema għandha bżonnkom, bl-entużjażmu, d-dinamiżmu, u l-ideat tagħkom biex dejjem titkattar. |
| Fi ftit jiem | oħra intom se tmorru tgħallmu fi skejjel imferrxa ma’ Malta u Għawdex fejn se ssibu għalliema oħra. Mingħand dawn tistgħu titgħallmu ħafna filwaqt li huma għandhom x’jitgħallmu minn għandkom. |
| F’dawn | il-jumejn stajtu tapprezzaw l-istrutturi l-ġodda li qegħdin jinħolqu fil-qasam ta’ l-edukazzjoni biex inkunu nistgħu ntejbu s-servizz kemm fuq livell ċentrali kif ukoll fuq livell ta’ Kulleġġi u skejjel. L-enfasi qegħda biex aħna nkunu nistgħu nilħqu t-tfal bl-aktar mod dirett. Aħna rridu noħolqu kuntesti differenti fejn it-tfal jistgħu jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom. |
| Irridu li l-prinċipju | li kull tifel u tifla tirnexxi ma jkunx xi slogan fieraħ. Biex dan il-prinċipju jissarraf f’realta’ qegħdin ninvestu ħafna flus fuq it-titjib tar-rizorsi materjali li għandna. Xhieda ta’ dan huma l-iskejjel li nbnew u qegħdin jinbnew u oħrajn li fihom sar xogħol estensiv. Dan dejjem biex l-għalliema jkollhom l-aħjar għodda possibbli biex jagħtu l-aħjar tagħlim lit-tfal tagħna. |
| Dak li fl-aħħar | mill-aħħar se jiddetermina jekk nilħqux dan l-iskop hu l-impenn tagħkom l-għalliema. Il-wegħda tagħna hi li ngħinu b’mod formali u nformali l-iżvilupp professjonali ta’ l-edukaturi kollha. Dan qed nagħmluh permezz ta’ l-impenn kemm fuq livell ta’ Ministeru, ta’ Direttorati kif ukoll fuq livell ta’ Kulleġġi. |
| Iż-żewġ Direttorati tagħna | għandhom responsabiltajiet differenti u jistgħu jgħinukom f’kull diffikulta li tiltaqgħu magħha matul il-karriera tagħkom. Ikollkom l-opportunita’ li tipparteċipaw f’INSET courses, filwaqt li numru ta Scholarships jiġu offruti matul is-snin. Fuq livell ta’ kulleġġi qed naraw programmi differenti jiġu offruti mill-Prinċipali biex jgħinu lil dawk kollha li se jibdew l-impenn tagħhom kemm jekk huma għalliema ġodda kif ukoll jekk huma parti mis-Senior Management Team. |
| Nixtieq inwasslilkom dan | il-messaġġ. Qegħdin napprezzaw l-importanza u l-kumplessita’ tar-rwol li l-għalliema għandhom fis-soċjeta’ tal-lum. Nemmnu li biex intom tippreparaw it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna biex ikunu ċittadini tajbin ta’ għada, biex jiżviluppaw personalment u soċjalment għandna bżonn nimpenjaw rwieħna b’mod professjonali biex intejbu l-esperjenzi ta’ kull għalliem. |
| Nixtiequ naraw sitwazzjoni | reali fejn l-għalliema kollha jimpenjaw irwieħhom għal żvilupp kontinwu tul il-karriera kollha tagħhom f’kuntest ta’ riflessjoni u evalwazzjoni. Nemmnu li kull għalliem għandu bżonn ta’ programm effettiv fil-bidu tal-karriera tiegħu kif ukoll ta’ aċċess għall-għajnuna permezz ta’ mentoring minn għalliema ta’ esperjenza li għandhom kwalitajiet li kull għalliem għandu bżonn. |
| Il-professjoni ta’ għalliema | hi waħda diffiċli u kull għalliem jistħoqqlu l-aħjar għajnuna possibbli. Nemmnu li jekk l-għalliema jkollhom aċċess għal tipi differenti ta’ għajnuna mill-bidunett tal-karriera tagħhom, din il-karriera tmur għall-aħjar, jiżdied is-sodisfazzjon fuq ix-xogħol u l-klima ta’ l-iskola tkun waħda ta’ komunita’ ta’ tagħlim. Għalhekk qed nimpenjaw ruħna li dan l-aċċess nagħtuh mhux biss l-għalliema l-ġodda tagħna imma wkoll lil dawk li qegħdin u ilhom snin twal fil-professjoni. |
| Nieħu din l-okkażjoni biex | nawgura lilkom, kif ukoll il-familji tagħkom li għenukom matul dawn is-snin, il-bidu ta’ karriera twila għas-servizz ta’ wliedna, karriera li tkun ta’ sodisfazzjon mhux biss għalikom iżda, u hawn hu s-sabiħ tal-professjoni tagħna, għall-ħaddieħor. |
| Se nafdwaw f’idejkom it-tfal | tagħna. Nistennew minnkom li tagħtuhomlna lura NISA u RĠIEL u fuq kollox ĊITTADINI TAJBIN. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261976en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...
PR261976