Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI DWAR KUMMENTI  MILL-PARTIT TA’ L-ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA

pr1270
Date Icon 15/09/2008
L-istqarrija tal-Partit ta’l-Alternattiva Demokratika (AD) dwar l-allegati irregolaritajiet fl-operat ta’ l-industrija tat-tonn f’Malta hija qarrieqa u fiha l-kelliema ta’ Alternattiva Demokratika, arbitrarjament jagħtu interpretazzjoni zbaljata tat-tweġiba li l-Kummissjoni Ewropea tat lill-istess AD.
Imkien fit-tweġiba lil-Kummissjoni Ewropea tat lill-AD ma hemm xi konferma ta’ diskrepanzi jew irregolaritajiet fl-operat ta’ l-industrija lokali tat-tonn kif qed tallega l-AD.  Infatti, fl-ittra tagħha l-Kummissjoni Ewropea tikkonferma li qegħda f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet Maltin biex tikseb iktar kjarifikazzjonijiet għall-allegazzjonijiet li saru kontra l-operat ta’ din l-industrija.  Bħalma għamel fil-ġimgħat li għaddew, dan il-Ministeru qed iwieġeb immedjatament għal dawn l-allegazzjonijiet u qed jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba lill-Kummissjoni Ewropea.
Kulma tagħmel il-KummissjoniEwropea fl-ittra tagħha, hija li tinforma lill-AD bl-informazzjoni li għaddew l-awtoritajiet Maltin lill-International Commission for the Conservation of the Atlantic Tuna (ICCAT), li hija l-organizzazzjoni internazzjonali responsabbli mill-ħarsien u l-konservazzjoni tat-tonn.  Bħalma kien dikjarat għal diversi drabi, d-Dipartiment tas-Sajd itenni li din hija informazzjoni korretta u dan jista’ jkun verifikat faċilment.
Skondir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, Malta hija obbligata li tirreġistra minn qabel kull farm tat-tonn li għandu liċenzja biex jopera.  Għaldaqstant Malta ddikjarat dawk il-farms kollha li għandhom din il-liċenzja, indipendenti mill-fatt jekk farm partikolari ikunx ikkonkluda ix-xiri tat-tonn jew le.  Infatti Malta għandna zewġ kazijiet fejn farm għandha liċenzja biex topera imma fil-fatt m’għandhiex tonn fil-gaġeġ.  Din mhix irregolarita, imma jekk xejn hija konferma li d-Dipartiment tas-Sajd dejjem għamel dak li hu mitlub minnu u ddikjara l-farms kollha li effettivament jistgħu jibdew l-operat tagħhom għax għandhom liċenzja.
Fir-rigward tal-fatt lioperatur lokali partikolari għandu zewġ reġistrazzjonijiet differenti tal-ICCAT, dan bl-ebda mod mhuwa xi aġir irregolari.  L-operatur in kwistjoni għandu zewġ liċenzji differenti fuq zewġ siti differenti, wieħed San Pawl il-Baħar u l-ieħor qrib Kemmuna.  Id-Dipartiment tas-Sajd jirreġistra dawn iz-zewġ farms mal-ICCAT bħala separati minn xulxin biex ikun zgurat li l-operat kollu jkun trasparenti u traċċabli (traceable).  Dan huwa aċċettat, anzi mitlub mill-ICCAT u zgur li mhuwiex xi irregolarita’!
Fil-kwistjoni tal-kapaċita’tal-farms lokali, Malta diġa ikkjarifikat kemm lokalment kif ukoll mall-Kummissjoni Ewropea, li l-fatt li l-gaġeġ li hawn f’Malta għandhom kapaċita’ li potenzjalment taqbez il-kwota li għandha Malta bl-ebda mod ma tista titqies bħala xi prova ta’ irregolarita’.  L-irregolarita’ tkun ikkawzata ġaladarba l-ammont ta’ tonn fil-gaġeġ jaqbez dak permissibli u sa’ llum, minkejja numru kbir ta’ spezzjonijiet kontinwi u monitoraġġ strett kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali dan għadu qatt ma ġie identifikat u wisq anqas ippruvat.
Il-Gvern Malti jibqa’impenjat li jħares is-sostenibbilita’ u l-konservazzjoni tat-tonn u dan mhux bil-kliem biss imma bi proposti u pozizzjonijiet konkreti u konsistenti li l-Gvern Malti dejjem ħa fil-fora internazzjonali, partikolarment fl-ICCAT.  Madanakollu l-Gvern jibqa’ impenjat ukoll li jissalvagwardja l-operat ta’ industrija leġittima bħalma hi dik tat-tonn u jiddeplora kull attentat biex din l-industrija titpoġġa f’dawl ikrah.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow