STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI DWAR KUMMENTI MILL-PARTIT TA’ L-ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA
pr1270
15/09/2008
| L-istqarrija tal-Partit ta’ | l-Alternattiva Demokratika (AD) dwar l-allegati irregolaritajiet fl-operat ta’ l-industrija tat-tonn f’Malta hija qarrieqa u fiha l-kelliema ta’ Alternattiva Demokratika, arbitrarjament jagħtu interpretazzjoni zbaljata tat-tweġiba li l-Kummissjoni Ewropea tat lill-istess AD. |
| Imkien fit-tweġiba li | l-Kummissjoni Ewropea tat lill-AD ma hemm xi konferma ta’ diskrepanzi jew irregolaritajiet fl-operat ta’ l-industrija lokali tat-tonn kif qed tallega l-AD. Infatti, fl-ittra tagħha l-Kummissjoni Ewropea tikkonferma li qegħda f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet Maltin biex tikseb iktar kjarifikazzjonijiet għall-allegazzjonijiet li saru kontra l-operat ta’ din l-industrija. Bħalma għamel fil-ġimgħat li għaddew, dan il-Ministeru qed iwieġeb immedjatament għal dawn l-allegazzjonijiet u qed jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba lill-Kummissjoni Ewropea. |
| Kulma tagħmel il-Kummissjoni | Ewropea fl-ittra tagħha, hija li tinforma lill-AD bl-informazzjoni li għaddew l-awtoritajiet Maltin lill-International Commission for the Conservation of the Atlantic Tuna (ICCAT), li hija l-organizzazzjoni internazzjonali responsabbli mill-ħarsien u l-konservazzjoni tat-tonn. Bħalma kien dikjarat għal diversi drabi, d-Dipartiment tas-Sajd itenni li din hija informazzjoni korretta u dan jista’ jkun verifikat faċilment. |
| Skond | ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, Malta hija obbligata li tirreġistra minn qabel kull farm tat-tonn li għandu liċenzja biex jopera. Għaldaqstant Malta ddikjarat dawk il-farms kollha li għandhom din il-liċenzja, indipendenti mill-fatt jekk farm partikolari ikunx ikkonkluda ix-xiri tat-tonn jew le. Infatti Malta għandna zewġ kazijiet fejn farm għandha liċenzja biex topera imma fil-fatt m’għandhiex tonn fil-gaġeġ. Din mhix irregolarita, imma jekk xejn hija konferma li d-Dipartiment tas-Sajd dejjem għamel dak li hu mitlub minnu u ddikjara l-farms kollha li effettivament jistgħu jibdew l-operat tagħhom għax għandhom liċenzja. |
| Fir-rigward tal-fatt li | operatur lokali partikolari għandu zewġ reġistrazzjonijiet differenti tal-ICCAT, dan bl-ebda mod mhuwa xi aġir irregolari. L-operatur in kwistjoni għandu zewġ liċenzji differenti fuq zewġ siti differenti, wieħed San Pawl il-Baħar u l-ieħor qrib Kemmuna. Id-Dipartiment tas-Sajd jirreġistra dawn iz-zewġ farms mal-ICCAT bħala separati minn xulxin biex ikun zgurat li l-operat kollu jkun trasparenti u traċċabli (traceable). Dan huwa aċċettat, anzi mitlub mill-ICCAT u zgur li mhuwiex xi irregolarita’! |
| Fil-kwistjoni tal-kapaċita’ | tal-farms lokali, Malta diġa ikkjarifikat kemm lokalment kif ukoll mall-Kummissjoni Ewropea, li l-fatt li l-gaġeġ li hawn f’Malta għandhom kapaċita’ li potenzjalment taqbez il-kwota li għandha Malta bl-ebda mod ma tista titqies bħala xi prova ta’ irregolarita’. L-irregolarita’ tkun ikkawzata ġaladarba l-ammont ta’ tonn fil-gaġeġ jaqbez dak permissibli u sa’ llum, minkejja numru kbir ta’ spezzjonijiet kontinwi u monitoraġġ strett kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali dan għadu qatt ma ġie identifikat u wisq anqas ippruvat. |
| Il-Gvern Malti jibqa’ | impenjat li jħares is-sostenibbilita’ u l-konservazzjoni tat-tonn u dan mhux bil-kliem biss imma bi proposti u pozizzjonijiet konkreti u konsistenti li l-Gvern Malti dejjem ħa fil-fora internazzjonali, partikolarment fl-ICCAT. Madanakollu l-Gvern jibqa’ impenjat ukoll li jissalvagwardja l-operat ta’ industrija leġittima bħalma hi dik tat-tonn u jiddeplora kull attentat biex din l-industrija titpoġġa f’dawl ikrah. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en