Left arrow Mur Lura

IL-CRUISELINER ‘THE WORLD’ JAGĦMEL IT-TIENI ŻJARA F’GĦAWDEX

pr1269
Date Icon 15/09/2008
Hekk kif l-istaġun turistiku għadu għaddejb’ritmu tajjeb, il-vapur tal-passiġġieri The World għamel it-tieni żjara tiegħu fil-gżejjer Maltin għat-tieni darba f’anqas minn sena. Wara s-suċċess ta’ l-ewwel żjara ta’ dan il-vapur li kienet saret f’Novembru 2007, l-operaturi ddeċidew li jerġgħu jinkludu lill-gżejjer Maltin fil-lista ta’ pajjiżi fejn il-passiġġieri jkunu jistgħu jinżlu l-art. Dan meta normalment dan il-vapur ma jieqafx fl-istess postijiet qabel mill-anqas sentejn.
The World qed iġorr 165 passiġġier lifil-maġġoranza tagħhom huma Amerikani u ekwipaġġ ta’ 255 persuna. Uħud mill-passiġġieri jokkupaw appartamenti fuq dan il-vapur matul is-sena kollha. Wara waqfa ta’ jumejn f’Malta dan il-vapur reġa’ għamel waqfa ta’ ġurnata ‘l barra mill-port ta’ l-Imġarr ġewwa Għawdex. Numru konsiderevoli ta’ passiġġieri flimkien ma’ uħud mill-ekwipaġġ niżlu l-art u qattgħu l-ġurnata fuq il-gżira ta’ Għawdex. Uħud għażlu li jerġgħu jirritornaw anke fil-għaxija qabel ma l-vapur reġa salpa tard bil-lejl.
Din hi t-tieni waqfa ta’ vapuri ta’ danit-tip f’Għawdex fi spazju ta’ ftit ġimgħat hekk kif vapur ieħor kien għamel waqfa oħra f’Awwissu. Żjajjar bħal dawn huma mistennija jiżdiedu fiż-żmien qrib hekk kif dan l-aħħar il-Ministru għal Għawdex ħabbret uffiċjalment li l-MEPA ħarġet il-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jitwaqqfu faċilitajiet ta’ rmiġġ għal-cruiseliners fix-Xlendi. Grazzi għall-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita’ Marittima Maltija, is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex, għaddejjin il-pjanijiet biex dawn il-faċilitajiet ikunu jistgħu jibdew jiffunzjonaw fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
It-turiżmu f’Għawdex matul din is-sena kisebriżultati tajbin hekk kif żdiedu kemm it-turisti barranin kif ukoll dawk mis-suq domestiku. F’dawn l-aħħar snin il-Ministeru għal Għawdex ħadem b’impenn b’risq il-qasam turistiku tal-gżira. Minn barra li Għawdex ġie promoss bħala destinazzjoni turistika distinta, saret ukoll ħidma biex jiġi attirat is-suq domestiku. Il-Ministeru għal Għawdex ikkollabora b’mod speċjali ma’ dawk involuti fis-settur turistiku Għawdxi, bosta entitajiet u Kunsilli Lokali Għawdxin sabiex jittaffew l-isfidi partikolari f’dan is-settur Għawdxi, fosthom l-istaġjonalita’. Jidher li dan l-impenn qiegħed jagħti l-frott u dan jixduh il-figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u oħrajn maħruġa mill-Kumpanija Gozo Channel.
Fil-fatt statistika relatatamal-akkomodazzjoni turi kif fl-2007 is-suq turistiku Għawdxi esperjenza żieda globali ta’ 15.5 fil-mija fin-numru ta’ turisti li qattgħu lejl jew iżjed f’Għawdex. Dan kien magħmul minn żieda ta’ 10.8 fil-mija mis-suq domestiku u żieda inkoraġġanti ta’ 19.7 fil-mija fit-turisti barranin. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, aktar minn 34,000 turist li ħamsin fil-mija minnhom kienu barranin, qattgħu aktar minn 114,000 lejl f’lukandi u guesthouses f’Għawdex. Dan ifisser żieda ta’ sebgħa fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Mill-ewwel ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Awwissu l-vapuri tal-Gozo Channel ġarrew 2,739,151 passiġġier u 726,151 vettura żieda ta’ 137,972 passiġġier u 41,409 vettura fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow