IL-CRUISELINER ‘THE WORLD’ JAGĦMEL IT-TIENI ŻJARA F’GĦAWDEX
pr1269
15/09/2008
| Hekk kif l-istaġun turistiku għadu għaddej | b’ritmu tajjeb, il-vapur tal-passiġġieri The World għamel it-tieni żjara tiegħu fil-gżejjer Maltin għat-tieni darba f’anqas minn sena. Wara s-suċċess ta’ l-ewwel żjara ta’ dan il-vapur li kienet saret f’Novembru 2007, l-operaturi ddeċidew li jerġgħu jinkludu lill-gżejjer Maltin fil-lista ta’ pajjiżi fejn il-passiġġieri jkunu jistgħu jinżlu l-art. Dan meta normalment dan il-vapur ma jieqafx fl-istess postijiet qabel mill-anqas sentejn. |
| The World qed iġorr 165 passiġġier li | fil-maġġoranza tagħhom huma Amerikani u ekwipaġġ ta’ 255 persuna. Uħud mill-passiġġieri jokkupaw appartamenti fuq dan il-vapur matul is-sena kollha. Wara waqfa ta’ jumejn f’Malta dan il-vapur reġa’ għamel waqfa ta’ ġurnata ‘l barra mill-port ta’ l-Imġarr ġewwa Għawdex. Numru konsiderevoli ta’ passiġġieri flimkien ma’ uħud mill-ekwipaġġ niżlu l-art u qattgħu l-ġurnata fuq il-gżira ta’ Għawdex. Uħud għażlu li jerġgħu jirritornaw anke fil-għaxija qabel ma l-vapur reġa salpa tard bil-lejl. |
| Din hi t-tieni waqfa ta’ vapuri ta’ dan | it-tip f’Għawdex fi spazju ta’ ftit ġimgħat hekk kif vapur ieħor kien għamel waqfa oħra f’Awwissu. Żjajjar bħal dawn huma mistennija jiżdiedu fiż-żmien qrib hekk kif dan l-aħħar il-Ministru għal Għawdex ħabbret uffiċjalment li l-MEPA ħarġet il-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jitwaqqfu faċilitajiet ta’ rmiġġ għal-cruiseliners fix-Xlendi. Grazzi għall-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita’ Marittima Maltija, is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex, għaddejjin il-pjanijiet biex dawn il-faċilitajiet ikunu jistgħu jibdew jiffunzjonaw fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. |
| It-turiżmu f’Għawdex matul din is-sena kiseb | riżultati tajbin hekk kif żdiedu kemm it-turisti barranin kif ukoll dawk mis-suq domestiku. F’dawn l-aħħar snin il-Ministeru għal Għawdex ħadem b’impenn b’risq il-qasam turistiku tal-gżira. Minn barra li Għawdex ġie promoss bħala destinazzjoni turistika distinta, saret ukoll ħidma biex jiġi attirat is-suq domestiku. Il-Ministeru għal Għawdex ikkollabora b’mod speċjali ma’ dawk involuti fis-settur turistiku Għawdxi, bosta entitajiet u Kunsilli Lokali Għawdxin sabiex jittaffew l-isfidi partikolari f’dan is-settur Għawdxi, fosthom l-istaġjonalita’. Jidher li dan l-impenn qiegħed jagħti l-frott u dan jixduh il-figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u oħrajn maħruġa mill-Kumpanija Gozo Channel. |
| Fil-fatt statistika relatata | mal-akkomodazzjoni turi kif fl-2007 is-suq turistiku Għawdxi esperjenza żieda globali ta’ 15.5 fil-mija fin-numru ta’ turisti li qattgħu lejl jew iżjed f’Għawdex. Dan kien magħmul minn żieda ta’ 10.8 fil-mija mis-suq domestiku u żieda inkoraġġanti ta’ 19.7 fil-mija fit-turisti barranin. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, aktar minn 34,000 turist li ħamsin fil-mija minnhom kienu barranin, qattgħu aktar minn 114,000 lejl f’lukandi u guesthouses f’Għawdex. Dan ifisser żieda ta’ sebgħa fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Mill-ewwel ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Awwissu l-vapuri tal-Gozo Channel ġarrew 2,739,151 passiġġier u 726,151 vettura żieda ta’ 137,972 passiġġier u 41,409 vettura fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en