Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wara l-Kunsill tal-Ministri f’Nizza, Franza

pr1265
Date Icon 13/09/2008
L-ECOFIN iddiskuta l-impatttal-kriżi finanzjarja internazzjonali u l-problema taż-żidiet tal-prezz taż-żejt u ċ-ċereali: il-Ministri tal-Finanzi Ewropej jinsistu fuq il-ħtieġa li tkun imħarsa l-kompetittività
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u l-Investiment, Tonio Fenech, mexxa d-delegazzjoni Maltija fil-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-Unjoni Ewropea li saret f’Nizza fi Franza bejn it-12 u t-13 ta’ Settembru 2008.
Id-delegazzjoni Maltijakienet tinkludi wkoll lill-Gvernatur tal-Bank Centrali, is-Sur Michael Bonello u lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, is-Sur Alfred Camilleri.
Il-Ministri tal-Finanzi ul-Ekonomija stħarrgu u ddiskutew il-qagħda ekonomika u finanzjarja dinjija u speċjalment dik fuq livell Ewropew.  Matul il-laqgħa, kien spjegat kif l-andament ekonomiku fuq livell Ewropew qiegħed imajna b’riżultat ta’ diversi fatturi fosthom it-taqlib fis-swieq finanzjarji, il-prezzijiet għolja taż-żejt u tal-ikel u ta’ ħafna materja prima oħra. Iż-żieda fil-prezzijiet ta’ ħafna oġġetti għall-konsum b’riżultat taż-żidiet qawwija fil-prezzijiet taż-żejt u taċ-ċereali għadhom jinkwetaw lil kulħadd.
F’dan il-kuntest,il-Ministri preżenti ddiskutew dawn l-iżviluppi kif ukoll l-istrateġiji u l-miżuri ekonomiċi u finanzjarji li jistgħu jittieħdu sabiex jilqgħu għall-inkwiet ekonomiku u finanzjarju fuq livell Ewropew u fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministri preżenti ddiskutew ukoll it-taqlib fis-swieq finanzjarji dinjin u l-metodi li bih tista’ tissaħħaħ is-sorveljanza u l-istabbilità f’dawn is-swieq.
Il-Ministri tal-Finanziqablu li għandhom iħaddmu politika li:
1.    tgħinfit-twettiq ta’ riformi strutturali sabiex tissaħħaħ l-ekonomija u l-kapacità tagħha li tilqa’ għat-tibdil fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali;
2.    bidjalogu mal-imsieħba soċjali, il-politika dwar il-pagi tagħti każ tal-ħtieġa li tinżamm il-kompettittività tal-oqsma ekonomiċi kollha;
3.    tassigural-prudenza fiskali sabiex, filwaqt li fejn ikun hemm bżonn ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jilqgħu għal xi għawġ ekonomiku u jtaffu l-impatt fuq dawk l-aktar milquta, il-sostenibbilità tal-finanzi pubblici tibqa’ mħarsa.
Matul il-laqgħa, kienudiskussi wkoll il-proposta għal sistema ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT fuq firxa ta’ oġġetti u servizzi, il-Proċess ta’ Barcellona u l-Unjoni tal-Mediterran, kif ukoll l-istrateġija ta’ self lill-intrapriżi żgħar u medji tal-Bank għall-Investiment Ewropew.
Filwaqt li jesprimit-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-firxa tal-inkwiet ekonomiku internazzjonali jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-ekonomija Maltija, il-Ministru Fenech jemmen li bil-ħidma għaqlija u bil-għajnuna ta’ kulħadd u speċjalment tal-imsieħba soċjali kollha, pajjiżna għandu jkun f’pożizzjoni li jilqa’ għar-riskji ekonomiċi li qegħdin inħabbtu wiċċna magħhom sabiex nassiguraw li l-ekonomija Maltija tkompli tissaħħaħ u toħloq ix-xogħol u l-ġid.
Dan jista’ jseħħ billinkomplu bir-riformi li qegħdin jitwettqu fil-pajjiż, billi tiżdied il-produttività u billi ma jsir xejn li jista’ jtellef il-kompettività internazzjonali ta’ pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow