DISKORS MILL-ONOR. JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GħALL-ERARJI PUBBLICI U ARTIJIET, FL-OKKAZJONI TAL-ghOTi TA’ PROPJETA’ TAL-GVERN LILL-KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEHA
pr1264
13/09/2008
| Sur Sindku, | Kunsilliera, Mistednin distinti, |
| Nibda billi nesprimi | s-sodisfazzjon tieghi meta nkun mistedin ghal attivita’ bhal din, fejn il-qofol tal-attivita’ tkun li nghamlu uzu ahjar minn assi li diga ghandna. Dan huwa propju l-ispirtu ta’ din l-attivita’. |
| Din it-Tourist Information | Office f’dan il-Misrah storiku fil-Mellieha, hija wahda minn sensiela ta’ ghotjiet li d-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern qed twettaq biex isir uzu ahjar minn propjeta’ pubblika. Is-Segretarjat tieghi jinsab fl-eqqel ta’ process li jidentifika siti ta’ importanza storika, ta’ wirt nazzjonali, kif ukoll siti li jistghu iservu b’mod li jrendi iktar, u t-Tourist Information Office tal-Mellieha hija biss l-ahhar wahda fis-sensiela. Din il-kamra li issa ser tkun qed taqdi uzu important f’din il-lokalita’ turistika, fil-passat ma kienitx qed tigi uzata fil-potenzjal kollu taghha. Kien ghalhekk li meta gejt avvicinat mis-Sindku, li qbilt perfettament mal-proposta li ghamilli, u ddecidejt li naghti l-appogg kollu tieghi biex mill-iktar fiss jinbeda x-xoghol fuq dan il-progett. |
| Apparti t-Tourist | Information Office, id-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern tinsab fi process li tghamel iktar devoluzzjonijiet ta’ dan it-tip. L-iktar kaz frisk f’mod kullhadd ikun dak tat-torri ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn li kien qed jigi uzat b’mod mill-iktar abbuziv, u li ma jghamilx gih ghall-importanza storika li ghandu. Taht titolu ta’ encroachment, il-Gvern ghadda dan is-sit lil-Fondazzjoni Wirt Artna li kkommettiet ruhha li tirrestawra dan il-post u tifthu ghal pubbliku, ghall-beneficcju turistiku f’Wied il-Ghajn, u n-nies tal-lokal. |
| Jigu ukoll f’mohhi kazi ohra | fejn id-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern qed tindirizza aktar propjeta’ pubblika, biex tintuza ahjar. Fil-Mellieha stess, il-palazz tal-Marfa gie evakwat ftit tal-jiem ilu, minn squatters li kienu qed jghamlu uzu minnu illegalment, biex f’qasir zmien dan jerga jinghata d-dinjata li tixraqlu, u jibda jintuza ghal skop li jgawdu minnu faxxex iktar wghiesa tas-socjeta. Bl-istess mod insemmu l-kaz tal-Magic Kiosk f’Tas- Sliema, li l-Gvern wera li jisma lin-nies u ddecieda li jrendi lura pjazza Sant’Anna f’din il-lokalita’, ghal beneficcju tas-Slimizi u dawk kollha li jzuru tas Sliema. |
| Dan kollu jirrifletti sewwa | l-politika ta’ Devoluzzjoni tal-Gvern, biex ic-cittadin igawdi iktar minn dak li huwa tieghu bi dritt. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en