PROPRJETA’ PUBBLIKA GĦAL UŻU IKTAR TAL-PUBBLIKU
pr1263
13/09/2008
| Is-Sibt | filgħaxija, is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet l-Onor Jason Azzopardi, għadda ċwievet ta’ propjeta’ pubblika lis-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar biex tintuża bħala Tourist Information Office (TIO) għall-benefiċċju ta’ Turisti li jżuru din il-lokalita’. |
| Fi kliem is-Segretarju | Parlamentari dan qed iseħħ bħala parti mill-politika ta’ devoluzzjoni tal-Gvern, biex art tal-Gvern tintuża b’mod iktar effiċjenti li minnha jgawdu faxxex iktar wiegħsa tas-soċjeta’. Dr Azzopardi qal illi dan huwa parti mill-pjan li id-Diviżjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern qed iwettaq biex assi fi propjeta’ tal-Gvern jiġu wżati b’mod li jrendi iżjed. |
| Huwa semma | fost l-oħrajn eżempji li diġa qed jissarfu f’suċċessi bħal ma huwa il-kaz tat-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn. |
| Is-sindku | tal-Mellieħa Robert Cutajar spjega kif il-Kunsill Lokali jinsab fuq l-istess binarju tal-Gvern f’dik li hija politika ta’ Devoluzzjoni, u huwa ‘ppreparat li jieħu responsabbilitajiet ġodda biex isir użu aħjar minn propjeta’ pubblika. Kien f’dan is-sens li l-Kunsill Lokali għamel talba lis-Segretarjat Parlamentari għal-propjeta’ li ser tintuża bħala TIO, u li ġiet milqugħa mill-Onor. Azzopardi. |
| Din tas-Sibt | kienet parti minn sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bħala parti minn ‘l-iLjieli Melliħin’ li qed iseħħu il-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd. |
Other Press Releases:
PR261977
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261976en