Left arrow Mur Lura

IKTAR INFURZAR MID-DIVIŻJONI TAL-PROPJETA’ TAL-GVERN (GPD) F’WIED IL-GHAJN

pr1262
Date Icon 13/09/2008
Id-Diviżjonital-Propjeta’ tal-Gvern (GPD) il-Ġimgħa filgħaxija issuktat eżerċizzju ta’ infurzar fil-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn kontra abbuż ta’ Encroachment Agreements maħruga mid-Dipartiment tal-Artijiet .  Din hija t-tieni darba, li uffiċjali tal-GPD żaru din il-lokalita’, bl-ewwel darba tkun fid-29 ta’ Awwissu li ghadda, għar-raġuni li skond rapporti mill-pubbliku, uħud mis-sidien ta’ ristoranti u stabbilimenti sfidaw lill-awtoritajiet u reġghu ħarġu mwejjed u siġġijiet b’mod illegali fuq bankini b’mod li jikser il-permessi maħruga lilhom.
Hamesstabbilimenti instaghbu li ghandhom ghamara mahruga illegalment fuq art mhux koperta bil-permess ta’ Encroachment, b’ammont ta’ ghamara tigi kkonfiskata mill-ufficjali tad-Divizjoni.  Minn fuq il-post gew konfiskati 17-il mejda, 56 siggu, 5 umbrellel u 10 bicciet ghamara ohra.
Il-GPD għaldarb’oħra qed jgħamilha ċara li mhuwiex ser jittolera ebda tip ta’ abbuż, u mhux ser jaċċetta min jaħseb li huwa ‘l fuq mill-liġi.  F’ħafna każi, bankini u promenades qed jiġu ingumbrati b’għamara, b’mod li jimbblukkaw l-aċċess totalment, għad-dannu taċ-ċittadin.  Ghalhekk id-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern hadet passi kontra dawk li instabu jiksru l-ligi, li jinkludu, il-konfiska tal-ghamara li tkun qed tokkupa art illegalment, liema operazzjoni issir ghas-spejjez ta’ sid l-istabbiliment, it-tnehhija tal-permess ta’ encroachment totalment, u jekk sid l-istabbiliment ikun jixtieq jerga japplika ghal permess ta’ encroachment gdid, ikun jinhtieglu jhallas €1000 fi spejjez amministrattivi.
Id-dritt liwieħed jippassigga bla xkiel fuq il-bankina jew promenade irid jiġi mħares, biex iċ-ċittadin jieħu dak li hu tiegħu bi dritt.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow