Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI - Statistika dwar l-agrikoltura

pr1261
Date Icon 12/09/2008

Statistika dwar l-agrikoltura

Il-Ministeru għar-Riżorsiu l-Affarijiet Rurali jirreferi għal stqarrija maħruġa llum mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u li tirreferi għat-tieni kwart ta’ din is-sena.  Skond din l-aħħar statistika li tirrigwardja l-producer\inputagriculturalprice indices, jirrizulta li d-dħul għall-bdiewa u r-raħħala zdied bi 2.9%.
F’dan il-perijodu l-bidwigawda minn żieda fid-dħul  mit-tadam, mill-qara bagħli u l-bettiegħ. Dawn huma prodotti ewlenin għall-bidwi tagħna. Rigward il-patata din is-sena kien hawn produzzjoni tajba u wassal biex il-provvista żejda effettwat is-suq lokali. Mill-banda l-oħra l-patata li giet esportata ġabet prezzijiet rekord għall-bidwi. Dan kien jikkumpensa tajjeb ħafna għal xi tnaqqis li kien hawn fis-suq lokali.
L-istatistika turi wkollli l-ispejjeż għall-bdiewa żdiedu bi 22.4%. Dan huwa attribwit l-aktar għas-settur tal-annimali fejn il-ġwież ogħla bi 38.4% u l-fuel ogħla b’20.8%.
Tajjeb wieħed jirrimarkali biex itaffi parti minn dan l-għoli fuq il-prezz  tal-ġwież u l-fuel, il-Gvern qed jagħti sussidju biex b’hekk din l-industrija tibqa’ tissupplixxi lill-konsumatur b’laħam, ħaxix u frott frisk.  Irid jingħad ukoll li l-ispejjeż għall-produttur żdiedu l-aktar fis-settur tal-annimali u f’livell anqas fil-produzzjoni tal-ħxejjex u l-frott.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow