Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR., SEGRETARJU PARLAMENTARI GħAS-SAħħA, WAQT IL-Ftuħ ta’ Berġa fil-Mellieħa

pr1258
Date Icon 12/09/2008
Sal-lum il-Melliħin kienujinqdew f’żewġt ikmamar fil-Youth Centre bħala Berġa, imma issa se jkollhom il-kumdita’ kollha f’post mibni apposta biex iservi ta’ berġa. L-ispiza ghal din il-Berġa ġie jiswa madwar €25,000, u kien jikkonsisti l-aktar fit-tqassim tal-kmamar minħabba li inbena fuq ‘open plan’.
Il-berġa tal-Mellieħa setkun miftuħa nhar ta’ Tnejn bejn t-8 u l-10 ta’ filgħodu u l-Ħamis bejn il-10.45 a.m.  u s-12.45p.m. Hawnhekk se jkun hawn is-servizz ta’ Tabib, is-servizz tan-nurse, anke biex tingħata l-injection għall-pazjenti li jbatu mid-diabete, u jingħata servizz ta’ emerġenza tul is-sigħat ta’ ftuħ. Minn hawn se jibda jingħata wkoll is-servizz ta’ l-ispeech therapy.
Tul is-sena li għaddiet ‘lfuq minn 5,700 ħadu s-servizz mill-Berġa. Għalhekk dawn kollha,  flimkien ma’ familji oħra se jgawdu minn dan il-proġett. Dan l-aħħar irnexxielna nlestu x-xogħlijiet fil-Berġa ta’ Ħaż-Żebbuġ u ta’ San Ġwann.
Ix-xogħol fil-berġa ta’Ħaż-Żebbuġ kien jikkonsisti fil-bdil tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, tibjid kif ukoll il-kamra tat-tabib saret kollha fuq il-fil. Ix-xogħol hawnhekk sar kollu mill-impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa Primarja.
Fil-klinika ta’ San Ġwannimbagħad sar xogħol strutturali u rinovament tal-post. Dawn ix-xogħlijiet ġew jiswew ħdax-il elf ewro.
Ovvjament waqt li kiengħaddej ix-xogħol, ir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ u ta’ San Ġwann xorta nqdew f’postjiet alternattivi li xorta kienu ċentrali. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkompli x-xogħol ta’ manutenzjoni u tibjid fuq bereġ oħra  li huma l-Isla, Ħal Luqa, l-Marsa, Ħal Safi, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn, il-Qrendi u l-Kalkara, Ħad-Dingli, u Ħal Għaxaq. Riċentament ukoll infetħu żewġ bereġ ġodda oħra, waħda f’Ħ’Attard u l-oħra fil-Mosta.
Fl-istess waqt, qed isirudiskussjonijiet mal-Kunsill lokali ta’ Tas-Sliema biex jinstab post aħjar fil-Kunsill Lokali biex ir-residenti ta’ Tas-Sliema jkunu jistgħu jinqdew aħjar fil-kunċett ta’ post reġjonali. F’Tas-Sliema, l-Gvern kien ħa passi immedjati biex ineħħi l-berga minn fejn kienet għax kien hemm periklu strutturali. Waqt li jkunu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet, dejjem isiru diskussjonijiet mal-Kummissjoni Persuni b’Diżabbilita’ ħalli ntejbu l-aċċess ta’ dawn il-bereġ pubbliċi.
Fl-aħħarnett nixtieqnirringrazzja l-entitajiet kollha fid-diversi lokalitajiet li offrewlna l-facilitajiet biex  nibqghu  nservu lill-poplu Malti. Ringrazzjament speċjalment hawn fil-Mellieħa, ringrazzjament lis-Sindku Robert Cutajar li rsista ħafna biex din il-berġa tinfetaħ. Ringrazzjament ukoll lil kull min hu nvolut f’dawn ix-xogħlijiet strutturali u ta’ manutenzjoni biex il-poplu jkollu l-aħjar faċilitajiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

More Press Releases Right arrow