Left arrow Mur Lura

L-ETC sfruttat bl-aħjar mod il-fondi mill-UE

pr1257
Date Icon 12/09/2008
Il-Korporazzjonigħax-Xogħol u t-Taħriġ hi waħda mill-entitajiet Governattivi li sfruttat il-fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea bil-għan li tħarreġ in-nies għad-dinja tax-xogħol. Dan qalu l-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika Soċjali waqt konferenza stampa li saret fiċ-ċentru ta’ taħriġ tal-ETC f’Ħal Far; ċentru li nbena wkoll minn fondi tal-UE. Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u l-Informazzjoni.
Il-Ministru Dallifid-diskors tiegħu qal li l-għan ta’ dawn il-proġetti hu li jiżviluppaw b’taħriġ kontinwu lill-ħaddiem. Hu sostna li l-prioritajiet tal-ETC kienu li jħarrġu l-ħaddiema sabiex ikunu aktar produttivi, aktar impjegabbli u jaddattaw faċilment għall-ħtiġijiet tas-suq; biex jidħlu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol u t-taħriġ tul il-ħajja u l-inklużjoni soċjali.
Għall-dawn il-proġetti kienuvvutati mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, kważi sitt  miljun ewro (€6,000,000).
Il-Ministru Dalli spjeġa kifwara s-suċċess tal-iskemi bħat-Training and Employment Exposure Scheme li kien immirat sabiex persuni ’l fuq minn 40 sena isibu xogħol, u l-Job Experience Scheme immirata għaż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll l-estensjoni taċ-ċentru tat-taħriġ li għalih kienu allokati €600,000 mill-fond ERDF, issa l-ETC applikat għal fondi għal tmien proġetti oħra mill-UE.
Fost dawn il-proġetti komplal-Ministru Dalli hemm skemi għal dawk li qed ifittxu xogħol fosthom iż-żgħażagħ u taħriġ biex aktar persuni jiġu impjegabbli, b’din id-darba ukoll ikun hemm mira speċifika fuq dawk iż-żgħażagħ li jitilqu minn kura residenzjali sabiex jkunu integrati fis-soċjeta’.
Il-Ministru għall-PolitikaSoċjali ħabbar ukoll li l-ETC applikat għall-aktar fondi għat-tkomplija tal-estensjoni taċ-ċentru ta’ taħriġ fejn hu ppjanat li jinbnew 14-il kamra oħra li 10 minnhom se jkunu klassijiet mgħammra bl-aħħar teknoloġija.
Minn naħa tiegħus-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said qal li bejn l-2004 u 2006 saru aktar minn 80 proġett f’oqsma differenti permezz ta’ fondi mill-UE.  Fost l-aktar oqsma importanti kien hemm dak tat-taħriġ għall-ħaddiema u għal dawk bi problemi soċjali.
Permezz ta’ dawn il-proġettiġew imħarrġa aktar minn 11,000 persuna.  Chris Said qal li dawn il-proġetti għenu biex aktar nies daħlu fid-dinja tax-xogħol jew inkella kienu f’pożizzjoni li jbiddlu x-xogħol tagħhom.  It-taħriġ għen ukoll lill-parteċpanti biex jakkwistaw ħiliet ġodda.  Ħaddiema adulti bi problemi ta’ illiteriżmu u persuni bi problemi ta’ illiteriżmu li kienu qed ifittxu x-xogħol ukoll ibbenefikaw minn dawn il-proġetti.
Chris Said qal li l-Iskemitax-Xogħol u Tahrig (ETS) ħarrġet lil dawk li ma komplewx l-iskola, single mothers, nisa li jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u dawk li jinsabu f’riskju li jitilfu x-xogħol.
Is-SegretarjuParlamentari qal li l-iskema TEES kienet immirata biex tgħin lil dawk li għalqu l-40 sena biex jerġgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol filwaqt li proġetti oħra kienu intenzjonati biex jgħinu setturi varji fosthom il-biedja, is-sajd, l-ambjent, finanzjament għal taħriġ li jippromwovi riċerka u innovazzjoni ma’ organizazzjonijiet pubbliċi u privati, SMEs, żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol u Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow