Left arrow Mur Lura

Tkompli l-konsultazzjoni pubblika mill-Ministeru għal Għawdex dwar il-Viżjoni Eko-Għawdex

pr1255
Date Icon 12/09/2008
Bħala parti mill-konsultazzjonipubblika, li tnediet mill-Ministeru għal Għawdex dwar il-proġett ta’ Eko-Għawdex, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, flimkien ma’ uffiċjali li qed jaħdmu fuq dan il-proġett, għaddejjin b’sensiela ta’ laqgħat ma’ gruppi u entitajiet Għawdxin oħra. Dan qed isir permezz ta’ dik li qed tissejjaħ konsultazzjoni miftuħa, li tinkorpora ideat u suġġerimenti minn firxa wiesgħa ta’ persuni u entitajiet differenti, li ġejjin minn oqsma diversi iżda li kollha għandhom sinifikat importanti fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-gżira.
Tnejn minn dawnil-laqgħat saru ma’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA) kif ukoll mal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex (GBC). Fil-laqgħat rispettivi tagħhom, rappreżentanti ta’ dawn iż-żewġ entitajiet resqu l-proposti tagħhom dwar inizjattivi u miżuri oħra li għandhom jittieħdu bħala parti mill-istrateġija li qegħda tiġi mfassla f’dan ir-rigward. Kemm il-GTA kif ukoll il-GBC huma għaqdiet li jirrappreżentaw firxa wiesa’ ta’ membri fl-oqsma rispettivi tagħhom.
Il-Ministru għal Għawdex,l-Onor Giovanna Debono, faħħret l-inizjattivi meħuda minn dawn iż-żewġ entitajiet sa mit-twaqqif tagħhom. Huwa għalhekk li l-impenn tagħhom huwa wkoll meħtieġ fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett ambizzjuż li jrid jilħaq il-milja tiegħu fit-twettieq tal-Viżjoni tal-Gvern għal Għawdex, li għandha l-għan li tbiddel il-gżira ta’ Għawdex f’realta’ sostenibbli.

Waqt dawn il-laqgħat ġie spjegat kif din il-konsultazzjoni, li kienet imnedija f’Lulju li għadda, tħalliet miftuħa biex b’hekk kulħadd ikollu l-opportunita’ li jagħtu sehemhu bl-ideat tiegħu. Wara li tqassmet pubblikazzjoni relattiva f’kull dar, inġabru numru konsiderevoli ta’ kontribuzzjonijiet minn naħa tal-pubbliku, kemm permezz tal-posta kif ukoll fuq is-sit elettroniku www.eco-gozo.gov.mt, li twaqqaf apposta. Dawn is-suġġerimenti ser ikomplu jiżdiedu permezz ta’ laqgħat ma’ entitajiet mhux governattivi u għaqdiet oħra kif ukoll mal-Kunsilli Lokali Għawdxin fil-jiem li ġejjin. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow