Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1253
Date Icon 11/09/2008
Tħejjijata’ Strateġija Nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima
Huwatabilħaqq ironiku li l-Partit Laburista jakkuza lill-Gvern b’paroli biss fil-kwistjoni dwar it-tibdil fil-klima, u fl-istess nifs juri ‘apprezzament’ u jfaħħar lill-Kumitat imwaqqaf mill-Gvern biex iħejji strateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.
Mill-ħafnastqarrijiet li qed joħroġ l-Onor Brincat, jidher issa b’mod ċar li l-għan tal-Partit Laburista huwa wieħed, dak li jibqa’ gallerija u ma jipproponi xejn bħala mizuri konkreti għall-istrateġija u li jista’ jpoġġih f’dawl ikrah ma xi sezzjoni tal-popolazzjoni.  Dan huwa konformi mal-politika ġenerali adottata mill-Partit Laburista.  L-Onor Brincat, u l-Partit Laburista, iridu jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq dan in-nuqqas tagħhom li bħala Oppozizzjoni serja u kostruttiva jikkontribwixxu matul dan il-proċess tat-tfassil ta’ strateġija li tkun hi li tpoġġi quddiem il-pajjiz miri ċari u toħloq benchmarks għal kulħadd.
Effettivament il-propostatal-Partit Laburista li mill-ewwel imur biex jistabbilixxi kontrolli u sistema ta’ monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija hija mgħaġġla u prematura u mhi se twassal għall-ebda benefiċċju jekk l-ewwel l-istess Partit tal-Oppozizzjoni ma jgħidx liema huma dawk il-mizuri konkreti li għandhom ikunu kkunsidrati għall-istrateġija proprja.
Il-Gvern mill-banda l-oħramhu jeskludi l-ebda miżura li permezz tagħha l-Istrateġija Nazzjonali eventwali tkun tista’ tiġi implimentata bl-aħjar mod, inkluz li eventwalment jisma proposti biex ikun zgurat li jkollna mezzi effiċjenti ta’ kif ikun ikkontrollat u zgurat li l-istrateġija qed tiġi implimentata kif maħsub.  Tant hu hekk, li l-Gvern jerġa jtenni li wara li jintemmu l-konsultazzjonijiet mill-Kumitat ta’ Esperti, għandu jitlesta r-rapport bir-rakkomandazzjonijiet u se tintalab l-oppinjoni pubblika biex id-diskussjoni titwessa’ għal dawk kollha li jixtiequ jagħtu kontribut.
Waqt li għaddej danil-proċess ta’ konsultazzjoni, l-Gvern irid jisma, inkluz lill-Partit Laburista kif konfermat mil-laqgħa li l-Kumitat imwaqqaf mill-Gvern kellu mal-Partit Laburista, u mhux jimponi l-opinjonijiet tiegħu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranean countries must work together to shape their own future – Minister Chris Fearne

PR261976en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Mediterranea...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal-Mediterran iridu jaħdmu flimkien biex ifasslu l-futur tagħhom – Il-Ministru Chris Fearne

PR261976

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-pajjiżi tal...

Aktar Stqarrijiet Right arrow